Left arrow Go Back

APPARAT TA’ L-OPTIMUSIC GĦALL-ISKOLA SAN MIGUEL

PR1005
Date Icon 15/06/2004

L-Iskola San Miguel Febres Cordero, li nfetħet fil-15 ta’ Ġunju, 1989, ikkommemorat il-15-il anniversarju mill-ftuħ uffiċjali tagħha.

Għal din l-okkażjoni, l-HSBC Cares for Children Fund u Vodafone Malta Foundation irregalaw lill-iskola apparat magħruf bħala OptiMusic – sistema ta’ dawl u sound kompjuterizzata.  Dan l-apparat jgħin lill-istudenti bi problemi ta’ komunikazzjoni.  Dan għaliex l-OptiMusic jgħinhom jimanipulaw l-ambjent ta’ madwarhom permezz tal-moviment.  B’hekk l-apparat jagħti iċ-ċans lill-istudenti li jikkontrollaw ħsejjes u dawl programmat mal-moviment limitat tagħhom.  

L-iskola San Miguel hija atrezzata b’apparat modern, fost l-oħrajn il-multisensorial room, u hardware u software ġdid tal-kompjuter.  Żvilupp kontinwu jsir ukoll fuq is-sistema ta’ seating u l-heated pool. Barra minn hekk, l-għalliema jingħataw taħriġ kontinwu biex jagħmlu użu aħjar mill-materjal edukattiv li hemm fil-klassijiet u biex ikunu aġġornati bl-aħħar sistemi edukattivi.  Il-kurrikulu ta’ l-iskola hu  ddisinjat apposta biex dawn it-tfal, kemm individwalment kif ukoll bħala grupp, jilħqu l-potenzjal tagħhom. Għal dan l-iskop, f’dawn l-aħħar snin ġew introdotti sistemi edukattivi ġodda ta’ numeracy u litteriżmu, x-xjenza, PSD, ICT, l-istudju soċjali u r-reliġjon.  

San Miguel hija skola ta’ l-istat li tilqa’ fiha studenti b’diżabilita’ fiżika u mentali.  In-numru ta’ studenti fl-iskola bħalissa huwa ta’ 46 u l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-3 u d-19-il sena.  

Il-Ministru Louis Galea qal li l-introduzzjoni ta’ dan l-apparat juri kemm din l-iskola qed iżomm mal-metodoloġiji ta’ tagħlim l-aktar addattati għat-tfal b’din it-tip ta’ diżabilta’.  L-iskola ta’ San Miguel qed tagħmel isem tajjeb u qed tiżviluppa bħala ċentru ta’ riżorsi, mhux biss għall-istudenti regolari tagħha iżda wkoll għal studenti oħra.  Fil-futur qrib irridu nesploraw il-possibilita’ li din l-iskola tibda tibni ‘networks’ anke ma’ skejjel normali.  “L-iskop tagħna hu li noffru edukazzjoni ta’ kwalita għal kull tifel u tifla, b’hekk inkunu qed nimmassimizzaw ir-riżorsi li għandna f’pajjiżna” qal il-Ministru Galea.  ‘Huwa kruċjali li naraw kif l-iskejjel speċjali jistgħu jintegraw kemm bejniethom kif ukoll ma’ l-iskejjel l-oħra normali ta’ l-istat temm jgħid il-Ministru Galea. Preżenti wkoll għal din l-attività kien hemm ukoll il-Kap ta’ l-Iskola, is-Sur George Borg, Dr Philip Farrugia Randon mill-HSBC Cares for Children Fund u s-Sinjura Gemma Mifsud Bonnici mill-Vodafone Malta Foundation.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow