Left arrow Go Back

IL-MINISTRU JOHN DALLI JATTENDI LAQGHA TAL-MINISTRI TAL-AFFARIJIET BARRANIN FIL-LUSSEMBURGU

PR1002
Date Icon 14/06/2004

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozjoni tal-Investiment John Dalli, jinsab fil-Lussemburgu fejn qieghed jattendi laqgha tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea. 

F’din il-laqgha hu mahsub li se jigu diskussi l-ahhar pendenzi fin-negozjati dwar il-kostituzzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tkun ippreparata pozizzjoni ahharija ghall-Kunsill Ewropew li se ssir aktar tard din il-gimgha.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Unjoni Ewropea se jiddiskutu temi ta’ relevanza fl-izviluppi internazzjonali li qed isehhu bhalissa.  Fuq l-agenda hemm l-Iraq, u l-istrategija li trid tigi adottata mill-Ewropa biex dan il-pajjiz jigi lura ghan-normalita’ fl-anqas zmien possibbli.   

Hemm ukoll il-Lvant Nofsani u l-Balkani, u l-azzjoni li trid tittiehed biex il-paci terga’ lura f’dawn ir-regjuni mifruda fuq bazi etnika. 

Ser jigu diskussi wkoll temi bhall-istrategija dwar l-Armi Qerrieda tal-Massa kif ukoll il-process ta’ tkabbir li jmiss tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow