Left arrow Go Back

Miżuri biex jiĠi protett il-qasam artistiku tal-kompożituri u kittieba

PR596
Date Icon 15/03/2003
Ma hemm l-ebda dubju li l-artisti, kompożituri u kittieba jagħtukontribut kbir fl-iżvilupp kulturali u ekonomiku ta’ pajjiżna. Pero’ hawnhekk tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll li dawn huma ndustrija fihom infushom u ghalhekk għandhom jiġu nkoraġgiti b’kull mod possibbli.
Fid-dinja moderna ta’ llum, it-teknoloġijaqegħdha tagħmel avvanzi kbar biex il-bniedem ikun jista’ jghix dejjem aħjar. Din l-istess teknoloġija pero’, tista’ tiġi abbużata għad-dannu tal-krejattivita’. Kullħadd jaf kemm hija faċli li tikkopja mużika, letteratura u anke xogħlijiet artistiċi. Ghalhekk huwa mportanti li dan ix-xorta ta’ kkupjar, jekk ma jkunx awtoriżżat, għandu jiġi mrazzan u skoraġġit.
Sa’ l-aħħar ta’ din is-sena, l-Gvern bi ħsiebujagħmel emendi għal-liġi tal-Copyright bil-għan li din tiġi kompatibbli mad-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea magħrufa bħala Information Society Directive. Din id-direttiva tirregola b’mod ċar x’inhuma u x’mhumiex id-drittijiet tal-Copyright.
Barra minn hekk tintroduċi bħala reat ġdid, dawkl-atti li jsiru biex jiġu evitati miżuri teknoloġici, li l-iskop tagħhom huwa l-prevenzjoni ta’ ikkuppjar mhux awtorizzat. Jiġifieri jekk per eżempju, DVD jkollha fiha code biex ma tistax tiġi kkupjata, mhux biss l-att ta’ l-ikkuppjar ikun ksur tal-ligi, imma wkoll it-tneħħija ta’ dan il-code. Se ikun ukoll reat li wieħed ineħħi jew jimmanipula xi nformazzjoni li tidentifika l-awtur ta’ xogħol protett.
Sa l-aħħar ta’ din is-sena wkoll, il-Gvern biħsiebu wkoll joħroġ regolamenti dwar Collecting Societies, jiġifieri dawk l-għaqdiet li jiġbru d-drittijiet għan-nom ta’ l-awturi. Dawn ir-regolamenti ser jemmendaw il-liġi preżenti, billi jagħmluha aktar ċara kif CollectingSociety tista’ tiġi mwaqqfa, filwaqt li tiġi assigurata aktar accountability fl-operat tagħhom.
Fl-aħħar, tajjeb li wieħed isemmi li Maltabħalissa hija osservatur f’Working Group ta’ l-Unjoni Ewopea, li qed jaħdem biex tinħareġ direttiva ġdida fuq l-enforcement. Din id-direttiva se tkun ibbażata fuq best practices tal-pajjiżi membri u anke ta’ pajjiżi kandidati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow