Programm edukattiv individwali permezz tal-Programm ‘Let Me Learn
PR48
14/03/2003
| "Kulħadd jitgħallem b'metodi differenti u għalhekk hu | essenzjali li l-għalliema tagħna jkunu jafu x'inhuma l-metodi ta' tagħlim individwali ta' kull student, biex ikunu jistgħu jgħallmu bl-aktar mod effettiv". Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea waqt il-preżentazzjoni ta' ċertifikati lill-għalliema li temmew it-taħriġ tal-programm ‘Let Me Learn’, iniżjattiva ta' l-Universita’ ta' Malta u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| Il-Programm Let Me Learn hu maħsub biex jgħin lill-għalliema | jindividwaw x'inhu l-istil jew il-metodu ta' tagħlim (learning style) li għandu kull student. Il-Proċess jindividwa erba' metodi jiġifieri: Sequential, Precise, Technical u Confluent. |
| Xi drabi, meta l-għalliema jagħmlu ħilthom kollha fil-klassi, ma | jkunx biżżejjed. Ġieli jqattgħu ħafna ħin fl-ippjanar tax-xogħol u tar-riżorsi, iżda xorta waħda ma jirnexxilhomx jaslu qrib ċerti studenti. Dan huwa sentiment fost ħafna għalliema, li l-parti l-kbira minnhom ikunu jixtiequ jagħtu servizz tajjeb lill-istudenti tagħhom. Għalkemm jafu l-kontenut tal-lezzjoni, u jagħżlu attivitajiet li jikkumplimentaw tajjeb l-objettivi ta' tagħlim, ħafna drabi ma jagħtux biżżejjed attenzjoni lill-istudenti u l-mod kif jitgħallmu. |
| Ħafna drabi, jista' jkun li jassumu li l-istudenti huma kapaċi | jiktbu, jsegwu istruzzjonijiet u jibnu mudelli faċilment. |
| Permezz ta' programm speċifiku, nistgħu nibnu komunita` ibbażata | fuq tagħlim li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta' l-istudent. Dan jagħti s-saħħa lill-istudenti biex jidentifikaw u jużaw il-proċessi ta' tagħlim tagħhom, fl-ambjent skolastiku u anke barra mill-iskola. Permezz ta' dan il-programm, l-għalliema jkollhom mezz ieħor biex jgħinhom f'sitwazzjonijiet ta' tagħlim differenzjat. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li l-Kurrikulu Nazzjonali jemfasizza l-bżonn | li l-istudenti jkunu fiċ-ċentru ta' l-esperjenza edukattiva u li s-sistema edukattiv ta' pajjiżna trid tkun waħda inklussiva. Għalhekk hu importanti li l-għalliema jkunu jafu kif qed jitgħallmu t-tfal biex it-tagħlim ikun jista jiġi indirizzat b'mod li jilħaq lil kull student individwalment u b'hekk ikun aktar effettiv u ħadd ma jibqa lura. |
| Il-Programm Let Me Learn kien żviluppat fl-1994 fl-Istati Uniti ta' | l-Amerika u Malta bdiet tipparteċipa sentejn wara u għalhekk hi meqjusa bħala wieħed mill-pajjiżi pijunieri f'dan il-proċess. Fl-2000 sar l-ewwel kors ta' taħriġ għall-ħaddiema tal-kumpanija Playmobil (Malta). Fis-sena 2002 saru żewġ sessjonijiet ta' taħriġ għal sitt skejjel, tlett skejjel primarji u tlieta sekondarji. Fl-ewwel sessjoni ta' taħriġ ipparteċipaw kważi 100 għalliem u 60% ta dawn l-għalliema komplew għat-tieni sessjoni li bdiet f'Ottubru li għadda. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li dan il-programm hu wieħed minn katina | ta' servizzi u programmi li l-Gvern qed joffri biex jara li ħadd ma jaqa lura fl-edukazzjoni. Il-Ministru tenna li l-proċess tal-Let Me Learn qed jagħti riżultati tajba u tanġibbli. Il-programm qed jgħin lil diversi studenti li qabel kienu qed jiġu mwarrba u jingħalqu fihom infushom biex iħossuhom aktar kunfidenti u jitgħallmu aktar. |
| Il-Ministru temm jgħid li l-Gvern se jkompli jinvesti u jagħti kull | appoġġ lil dan il-programm flimkien ma’ programmi oħra. Il-Ministru semma fost oħrajn il-programmi Ħilti u Id f'Id tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, programmi edukattivi ta' wara l-ħin ta' l-iskola li jgħin lit-tfal, sa minn eta’ żgħira, biex jiksbu suċċess edukattiv. Hu qal li issa dawn il-programmi qed jiġu offruti f'għoxrin ċentru madwar Malta u Għawdex u hu mistenni li fis-snin li ġejjin, ikun hawn aktar ċentri biex l-iskejjel kollha jkollhom dawn il-programmi. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932