Left arrow Go Back

PUBLIC HEALTH PROGRAMMES

pr350
Date Icon 17/03/2003

Malta ikkonkludiet ftehim ma' l Unjoni Ewropea dwar ‘Public Health Programmes’. Dawn jikkonsistu fi programmi li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jtejjeb il-livell tas-saħħa pubblika.

Fuq stedina tal-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara, ġie Malta is-Sur Michael Huebel, rapprezentant mill-Unjoni Ewropea fi ħdan id-Direttorat Ġenerali responsabli għas-saħħa.

Is-Sur Huebel spjega l-importanza ta' dawn il-programmi u l- benefiċċji li ser jieħu minnhom il-poplu Malti.

Malta ser tibda tipparteċipa f’dawn il-programmi qabel issir membru ta’ l-Unjoni Ewropea u l-ewwel sejħa għall-proposti għal dawn il-programmi ser toħrog fil-ġimgħat li ġejjin.

Permezz ta’ dawn il-programmi, l-Ministeru tas-Saħħa ser jieħu sehem f’inizjattivi fuq informazzjoni dwar is-Saħħa Pubblika, Promozzjoni tas-Saħħa u azzjoni mmedjata dwar affarijiet li jistgħu ikunu ta' detriment għas-Saħħa Pubblika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow