Left arrow Go Back

MALTA HIJA TA’ EŻEMPJU GĦALL-MOD KIF QED TINDIRIZZA L-PROBLEMA TAD-DIGITAL DIVIDE

pr336
Date Icon 12/03/2003

L-Unjoni Ewropea issostni li l-mod li bih ħadmet Malta biex teqred mill-egħruq il-qasma diġitali, huwa eżempju ċar ta’ kif il-pajjiżi membri jistgħu jattakkaw il-problema tad-Digital Divide. Dan ħabbru l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt, meta llum kien qed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġie ffirmat ftehim ta’ sponsorship mill-Bank of Valletta plc., lill-Kummissjoni eMalta.

Dan l-isponsorship jammonta għal Lm75,000, u mistenni jiffinanzja parti mill-proġett ta’ l-installazzjoni tal-Public Internet Access Points (jew WEB PHONES), madwar il-gżejjer Maltin kollha.

Fid-diskors tiegħu Dr. Austin Gatt għamel referenza għall-ħidma li għamlet il-kummissjoni eMalta fejn ħolqot is-sinerġiji bejn kullħadd. Il-players kollha, kemm dawk direttament involuti fil-qasam tal-ICT, kif ukoll, l-oqsma l-oħra li jistgħu jibbenefikaw minn kemm ikun imxerred dan il-qasam.

Il-Ministru Gatt spjega li huma ħafna l-organiżżazzjonijiet, korpi kostitwiti, negozji u korporazzjonijiet li fehmu l-importanza tal-mixja ta’ pajjiżna lejn l-ICT. Huwa rringrazzja lis-Sur Vince Farrugia, membru tal-Kummissjoni eMalta, li permezz tal-GRTU, ikkontribwixxa biex il-messaġġ jinxtered anke fis-settur tant importanti tan-negozji.

Il-Bank of Valletta huwa l-ewwel bank li għandu l-Internet Banking, u għandu Payment Gateway tiegħu. Dawn ġew imfissra mill-Ministru Gatt bħala elementi essenzjali jekk irridu li jitkattar l-internet banking f’pajjiżna. Il-Gvern dejjem emmen, li minkejja li jista’ jkun il-promotur u l-enabler, pero’ fl-aħħar mill-aħħar, l-opportunitajiet iridu jinħadmu mis-settur privat.

Dr. Gatt elenka n-numru ta’ suċċessi li għamlet Malta. Dawn is-suċċessi huma rikonoxxuti wkoll barra minn xtutna. Fil-fatt, il-Ministru Gatt ħabbar kif ix-xahar li għadda f’pajjiżna kien hawn rapppreżentant tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-ICT, li qed jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea, li wara l-progress li għamlet Malta fil-qasam ta’ l-e-Government u fil-qasam tad-Digital Divide, ser ikun hemm rakkomandazzjoni li Malta tieħu sehem fil-programm tal-eEurope, il-programm tal-Kumissjoni Ewropea għall-Pajjizi Membri tal-Unjoni Ewropeja. Mhux biss, kompla Dr. Gatt, il-fatti huma li ħafna mill-inizjattivi u l-programmi li qed isiru f’Malta, lanqas huma implimentati fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Gatt fisser li l-iżviluppi li qed isiru, huma possibbli minħabba l-investiment li sar mill-Gvern tul dawn l-aħħar disgħa snin, investiment xprunat minn viżjoni li pajjiżna jkun iċ-Ċentru ta’ eċċellenza fir-Reġjun.

F’kumment li ta waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, ic-Chairman tal-BOV, is-sur Joseph F X Zahra qal li l-Bank of Valletta huwa kburi li qed jassocja ruhu mal-Kummissjoni eMalta. "Tabilhaqq, il-Kummissjoni eMalta u l-Bank of Valletta ghandhom l-istess ghan ewlieni, jigifieri dak li jippromwovu l-kuncett ta’ socjeta bbazata fuq l-informatika u l-kummerc elettroniku f’Malta."

Is-sur Zahra habbar li permezz ta’ dan il-ftehim, il-Bank of Valletta ser ikollu rwol importanti fil-progett tal-Kummissjoni, fejn se jkunu nstallati 100 Internet access point, biex b’hekk tkun stabbilita prezenza fit-68 lokalita f’Malta u Ghawdex.

Dan il-progett mistenni jitlesta matul l-2003. "Barra minhekk, grazzi ghal dan il-ftehim, il-Kummissjoni eMalta ser tibbenefika mill-pariri, l-ghajnuna u l-esperjenza teknika li jgawdi l-Bank dwar kif il-kummerc elettroniku u servizzi ohra marbuta ma’ dan il-qasam, jistghu ikunu promossi u koordinati. Dan il-ftehim ser johloq ukoll opportunita ghal Bank of Valletta sabiex jippromwovi l-prodotti u servizzi tieghu permezz tal-hidma tal-Kummissjoni," qal is-sur Zahra.

Meta rrefera ghall-esperjenza li jgawdi l-Bank fil-qasam tal-kummerc elettroniku, is-sur Zahra habbar illi l-BOV ghadu kemm zviluppa l-Payment Gateway tieghu biex b’hekk, issa jista’ jipprovdi soluzzjoni orhos u aktar efficjenti lin-negozjanti li jaghmlu uzu mill-mezzi elettronici u b’hekk m’ghadhomx jiddependu izjed fuq terzi persuni.

Ic-Chairman qal li l-BOV huwa l-uniku bank li jipprocessa ghadd ta’ transazzjonijiet elettronici li jsiru f’ghadd ta’ Dipartimenti tal-Gvern u huwa mistenni li fil-gejjieni, aktar Dipartimenti Governattivi jibdew jaccettaw pagamenti permezz ta’ l-internet fejn il-BOV jaghmilha ta’ intermedjarju ghal dawn il-pagamenti.

Is-sur Zahra tkellem dwar l-inawgurazzjoni ricenti ta’ l-Internet banking, biex b’hekk, il-Bank of Valletta sar l-ewwel bank on-line f’Malta. Huwa qal li dawn is-servizzi intlaqghu tajjeb hafna mis-suq u t-talba ghalihom kienet ferm akbar minn dik mistennija.

Is-sur Zahra habbar illi l-BOV ser ikompli jkun minn ta’ quddiem nett fl-innovazzjoni teknologika u jinsab vicin li jintroduci l’hekk imsejjha '3D Secure', inizjattiva mill-Visa u l-MasterCard fejn minbarra l-bank, ser ikun il-klijent stess li ghandu l-card, li jawtorizza t-transazzjoni. Din l-inizjattiva b’hekk, ser isserrah mohh il-cardholder filwaqt li tissalvagwardja l-interessi tan-negozjanti," temm jghid is-sur Zahra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow