Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR ARTIKLU FIL-GURNAL ‘L-ORIZZONT’ DWAR IL-BURDNARA

pr309
Date Icon 06/03/2003

B’riferenza ghall-artiklu fit-tieni pagna tal-gurnal ’l-Orizzont’ tal-lum 6 ta’ Marzu bit-titlu "Il-Licenzja tal-Burdnara ser issir biss security pass", il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea qal li dak li ntqal f’dan l-artikolu mhu xejn hlief kontinwazzjoni tal-kampanja ta’ biza’, insinwazzjonijiet u gideb, minn naha tal-kamp tal-LE li fih hija prominenti hafna l-gazzetta tal-GWU.

Is-sistema tas-"Security Pass" li ntlahaq qbil dwaru waqt in-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, mhix xi sistema unika; u hemm sistemi ohra simili anke barra minn Malta.

Din is–sistema tippermetti biss nies awtorizzati, f’dan il-kaz lill-burdnara, li jkollhom access ghas-security areas tal-port. Izda l-access totali u liberu, li l-burdnara Ewropej ser igawdu meta Malta tidhol fl-UnjoniEwropea, kif imsemmi fl-artikolu ta’ ‘l-Orizzont’ jirreferi ghal generu ta’ xoghol totalment differenti u mhux tal-burdnara. Dan, il-burdnara fehmuh sew, izda l-gurnal ‘l-Orizzont’ dan ma fehmux, ghax ghandu interessi politici.

Fil-fatt ir-regolament EEC 881/92 jaghti access liberu ghall-garr ta’ merkanzija fuq l-art minn kwalunkwe ndividwu Malti jew Ewropew, bejn pajjiz ta’ l-Unjoni u Malta. Dan ix-xoghol diga’ huwa miftuh ghall-kompetizzjoni f’Malta ghal individwi minn 42 pajjiz u mhu ser jinbidel xejn, meta Malta issir membru ta’ l-Unjoni Ewropea.

Minkejja li dan is-suq ilu miftuh ghal snin twal, il-burdnara Maltin jafu li s’issa l-volum ta’ xoghol li dahal f’Malta, trasportat minn barranin kien zghir hafna. Mill-banda l-ohra, operaturi Maltin diga qeghdin jiehdu vantagg minn dan il-ftehim u qed jaghmlu hafna xoghol f’pajjizi barranin bhala rizultat ta’ dan il-ftuh tas-suq.

L-avviz legali li ssemma fir-rapport ma jirrigwardax is-"securitypass" u lanqas ma hu mahsub li jfixkel il-kompetizzjoni fil-garr tal-merkanzija. Sar semplicement sabiex jizgura li l-arrangamenti li diga’ jezistu bhalissa li l–groupage containers jittiehdu fil-Hal-Far groupage complex, jibqghu fis-sehh minhabba ragunijiet ta’ sigurta’, gbir ta’ statistika, u kontroll tat-traffiku. Ghaldaqstant dan ma jmurx kontra ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea u certament mhux mahsub biss ghal ftit jiem.

Il-burdnara li ilhom mill-bidunett involuti fil-process ta’ negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-Kapitlu tat-Trasport, jafu min qieghed jurihom il-fatti u min qieghed ipingilhom xenarji tat-twerwir, ghax m’ghandux argumenti validi x’jaghti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow