Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA’ 20 MILJUN LIRA FIS-SENA FAVUR IL-FAMILJA

pr307
Date Icon 06/03/2003

"Gvern favur il-familja huwa wiehed li bil-fatti jinvesti l-energiji tieghu sabiex isahhah lill-familja u jwennes lil dawk il-familji li jsibu ruhhom f’diffikulta’. Dawn ta’ l-ahhar qed igawdu minn investiment ta’ aktar minn 20 Miljun Lira fis-sena f’beneficcji socjali u servizzi ta’ appogg, skond ricerka li saret dan l-ahhar mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika, bl-ghajnuna ta’ ufficjali tal-Ministeru ghall-Politika Socjali."

Hekk stqarr il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi meta zar c-Centru ta’ Servizzi tal-Familja ta’ l-Agenzija Sedqa f’Hal-Lija. Il-Ministru Gonzi semma kif il-familji Maltin illum qed igawdu minn kwalita’ ta’ hajja ahjar grazzi ghall-Politika family-friendly li permezz taghha d-dinja tax-xoghol giet adattata ghar-responsabbiltajiet tal-familja.

"Hames snin ilu konna biss noholmu fuq il-possibilta’ li jigu mahduma sieghat imnaqqsa fuq il-post tax-xoghol. Ir-responsabbiltajiet tal-familja kienu jgieghlu lil hafna familji jaghmlu ghazliet difficli u li kienu jinvolvu tnaqqis fid-dhul. Dawn l-ghazliet illum tista’ ma taghmilhomx u grazzi t’hekk, diversi familji jistghu jkomplu jzommu l-istess livell ta’ ghixien."

Anki fil-qasam ta’ familji f’diffikulta, il-Gvern nieda diversi servizzi mmirati sabiex jappoggjaw u jghinu lil dawn il-familji jissieltu u jirbhu dawn il-problemi. L-Agenzija Sedqa kienet wahda mill-agenziji principali tal-Gvern li gharfet dan il-bzonn, u permezz tal-fondi moghtija lilha mill-Gvern zviluppat numru ta’ servizzi specjalizzati sabiex tghin lil dawk il-familji li ghandhom problema ta’ droga jew alkohol, kif wkoll lil dawk il-familji li qed isofru l-konsegwenzi tal-loghob tal-azzard.

"Il-Gvern ma’ waqafx hawn! Permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja, beda jsir hafna xoghol sabiex l-agenziji tal-Gvern u dawk non-governattivi jghaqqdu l-energiji u l-isforzi taghhom sabiex ikun hemm aktar ko-ordinament tas-servizzi halli l-familji jinghataw attenzjoni aktar iffukata u servizzi aktar integrati", qal il-Vici Prim Ministru.

Huwa temm jghid li bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet ma’ diversi setturi u professjonisti sabiex tigi mfassla skema ta’ sussidju ghall-kura u zamma tat-tfal li ghaliha l-Gvern matul din is-sena ivvota Lm100,000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow