Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO F’LAQGHAT MA’ UFFICJALI TAD-DWANA - BENEFIĊĊJI KBAR GĦALL-IMPORTATURI

pr301
Date Icon 05/03/2003

"L-Unjoni Ewropea tfisser aktar simplifikazzjoni u żjieda ta’ aktar flus f'idejn l-imprenditur, sabiex imexxi n-negozju tiegħu." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo wara laqgha li kellu ma' uffiċjali tad-Dwana, fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, fejn ġew diskussi l-benefiċċji kbar li ser igawdi minnhom kull imprenditur li jimporta l-merkanzija f'Malta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li 'I fuq minn 5,000 imprenditur huma mistennija li jgawdu direttament mill-benefiċċji kummerċjali kbar li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea permezz ta' simplifikazzjoni ta' formoli, kif ukoll tnaqqis fil-proċeduri tad-Dwana fl-istadju ta' l-importazzjoni. Dan ser iwassal biex:

  • Ma jkun hemm l-ebda bżonn li timtela' xi formola tad-dwana jew kif inhi magħrufa aħjar l-entry tad-dwana, biex tkun rilaxxata l-merkanzija minn Ħal Far jew mill-Free Port.
  • Mhux ser ikun hemm bżonn ta' dikjarazzjoni magħrufa bħala l-‘EURO 1’, għal kwalunkwe prodott mixtri minn xi pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, li fil-preżent huma 15, u wara Mejju 2004, ser jiżdiedu għal 25, anke jekk dawn il-prodotti joriġinaw minn xi pajjiż li hu barra l-Unjoni Ewropea bħaċ-Ċina u oħrajn.
  • Mhux ser ikun hemm bżonn la ‘entry’ u lanqas ‘EURO 1’ għal kwalunkwe prodott mixtri minn xi pajjiż li l-Unjoni Ewropea għandha trattat kummerċjali miegħu.

Flimkien ma' dawn il-benefiċċji kollha, l-imprenditur ser igawdi wkoll minn żjieda fil-cashflow għan-negozju tiegħu. Dan għaliex :

  • Mhux ser jitħallas VAT fuq l-importazzjoni ta' prodotti mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li wara Mejju 2004, ser ikunu jlaħħqu mal-25, kif ukoll minn kwalunkwe pajjiż li l-Unjoni Ewropea għandha trattat kummerċjali miegħu.
  • Mhux ser jibqa' jeżisti l-bżonn li jsir id-depożitu mad-dikjarazzjoni tal-‘EURO 1’.
  • Ser ikun hemm tnaqqis sostanzjali fl-ispejjes tal-‘Customs Clearance’.
  • Ser jintilef ħafna anqas żmien sabiex ix-xogħol jasal fin-negozju ta' l-imprenditur.

Barra minn dan, 'l fuq minn 2,000 imprenditur żgħir, li jdaħħlu madwar 98% ta' l-importazzjoni kollha li tidħol f'Malta, m'hux ser ikollhom jagħmlu l-ebda dikjarazzjoni meta jimpurtaw minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dan ifisser ħafna anqas xkiel għall-imprenditur Malti, li ser titnaqqaslu drastikament il-hela ta’ hin mill-proċess kollu ta' l-importazzjoni, filwaqt li ser jibda jgawdi mill-istess benefiċċji, eżatt bħal imprendituri oħra f'pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu.

Dan għandu jwassal biex tiżdied il-kompetittivita' tal-prodott fin-negozji Maltin, li finalment twassal għal roħs fil-prezzijiet għall-konsumatur.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm jgħid li meta tqis li fil-preżent l-importazzjoni mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea tlaħħaq mas-67% mingħajr ma nieħdu in konsiderazzjoni d-disgħa pajjiżi l-oħra li għad iridu jissieħbu, dawn huma benefiċċji kbar li ser igawdi minnhom is-settur kummerċjali Malti kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow