Left arrow Go Back

BEJGĦ BLA DAZJI FL-UE GĦALL-PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI F’MALTA

pr297
Date Icon 05/03/2003

Fl-isfond tal-proċess ta’ sħubija ta’ Malta fl-UE, intlaħaq ftehim li ser iwassal biex operaturi Maltin fil-manifattura ta’ diversi prodotti agrikoli pproċessati, jkunu jistgħu ibieghu l-prodotti tagħhom fl-UE mingħajr ma jkollhom iħallsu d-dazji li hemm illum. Dan issa ser ikun possibbli saħansitra qabel id-data tas-sħubija, meta awtomatikament, operaturi Maltin f’dawn is-setturi, jkunu jistgħu jibdew ibiegħu l-prodotti tagħhom fl-UE mingħajr xkiel. Dawn il-prodotti jinkludu: gallettini, għaġin, xi prodotti tal-ħalib, zlazi, sopop, ġelati, jellies u xarbiet.

Tajjeb li wieħed ifakkar li, għalkemm xi zmien ilu Malta kienet talbet li jkollha aċċess għas-suq Ewropew f’dawn il-prodotti, kien diffiċli li jintlaħaq ftehim ta’ din ix-xorta. Pero’, hekk kif ġew konklużi b’suċċess in-negozjati ta’ sħubija, seħħu diversi żviluppi importanti f’dan il-qasam, li wasslu għar-riżultati miksuba llum.

Ta’ min isemmi li dawn l-arranġamenti ser iseħħu wara li saru konsultazzjonijiet meħtieġa mal-korpi kostitwiti. Barra minnhekk, il-Gvern irċieva wkoll diversi sottomissjonijiet minn numru ta’ kumpaniji li joperaw f’dawn is-setturi.

Wieħed irid jifhem li sal-lum il-prodotti agro-industrijali huma mxekkla minn tariffi għoljin ħafna, meta jiġu esportati barra l-pajjiż. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-aċċess għas-suq Ewropew ser ikun akkumpanjat mit-tneħħija ta’ dazji u levies fuq numru ta’ prodotti minn naħa ta’ Malta. Iżda fuq ċerti prodotti aktar sensittivi, filwaqt li l-UE ser tneħħi d-dazji tagħha, Malta ser tneħħihom biss fuq il-kwantitajiet li qed jiġu mpurtati preżentament.

Għalhekk, il-konsumatur għandu jgawdi minn prezzijiet aktar baxxi fuq diversi prodotti li huma importati, iżda l-produtturi mhux ser ikollhom il-biza’ ta’ dħul ta’ aktar prodotti barranin milli jeżisti llum.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-kumpaniji Maltin ser ikunu jistgħu jibbenifikaw minn opportunitijiet ta’ kummerċ, li jkunu jistgħu jiġu żviluppati ferm aktar mas-sħubija. U dan, filwaqt li xorta waħda ser ikunu jistgħu jipproteġu l-bejgħ tagħhom fis-suq lokali.

Illum xi kumpaniji agro-industrijali diġa’ qed jirnexxilhom ibiegħu fis-suq Ewropew b’suċċess, għalkemm b’marġini ta’ profitt żgħir u għalhekk dan l-aċċess ser ifisser qliegħ u bejgħ aktar għal dawn il-kumpaniji. Il-Gvern huwa wkoll fiduċjuż li kumpaniji oħra, li sal-lum baqgħu lura milli jesportaw, ser iħarsu lejn din l-opportunita’ sabiex jinvestu u jkomplu jkattru l-ġid.

Intant aktar dettalji dwar dan il-ftehim importanti ser jinghataw waqt Konferenza Stampa li ser jaghti llum il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Prof. Josef Bonnici fis-1400 hrs fil-Ministeru, Auberge D’Aragon, Valletta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow