ID-DILETTANTI TAL-LOGHOB TAN-NAR
Qed jinxterdu xnieghat, anke permezz ta' gazzetti lokali, illi bi shubija fl-Unjoni Ewropea, b'xi mod ser jintlaqat id-delizzju tal-loghob tan-nar. Dawn ix-xnieghat huma bic-car żbaljati u jiffurmaw parti mill-istrategija ta' biza' u ngann li qed imexxi l-kamp tal-'le'.
Bi shubija fl-Unjoni Ewropea, licenzji ghall-kmamar tan-nar se jibqghu johorgu skond il-ligi Maltija, bla ebda ndhil mill-Unjoni. Id-delizzju tan-nar lanqas mhu se jintlaqat minhabba problemi ta' storbju, ghaliex ir-regoli Ewropej f'dan ir-rigward ma japplikawx ghal-loghob tan-nar. Ma teżistix ligi ta' l-Unjoni Ewropea specifikament dwar il-loghob tan-nar, u jithalla f'idejn il-gvern tal-pajjiż imsieheb biex jaghmel ir-regolamenti tieghu.
Hija idea żbaljata illi wiehed jahseb illi ix-xoghol tan-nar huwa xi delizzju uniku tal-Maltin biss. Bosta pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jahdmu dan ix-xoghol bhall-Maltin, fosthom il-Franciżi, it-Taljani, l-Ispanjoli u l-Ingliżi.
Gie msemmi partikolarment li d-Direttiva hekk imsejha ta' Seveso se thalli xi effett fuq ix-xoghol tan-nar f'Malta. Din id-direttiva ghandha x'taqsam mal-prevenzjoni ta' dizgrazzji kbar. Skond din id-Direttiva, fabbriki li jzommu aktar minn 50 tunnellata ta' xoghol tan-nar iridu jirrispettaw sistemi ta' sigurta` biex jillimitaw, jew ahjar, li jigu evitati kompletament incidenti simili.
Din id-Direttiva ma' tapplikax fil-kaz ta' kmamar tan-nar Maltin minhabba li l-kmamar tan-nar taghna ma jahdmux dik il-kwantita` ta' xoghol.
Il-Kummissjoni Ewropea qieghda tipproponi biex testendi d-Direttivi ta' Seveso anke ghall-kmamar tan-nar li jzommu 5 tunellati ta' xoghol tan-nar fil-kmamar taghhom. Biss, ftit li xejn jeżistu kmamar f'Malta li jkollhom dak l-ammont ta' xoghol tan-nar. F'każ li fabbrika jkollha aktar minn 5 tunnellati ta' xoghol u li allura tigi taqa' taht din id-direttiva, ghandhom ikollhom ic-cans li jahżnu x-xoghol f’post centrali, li jevita wkoll ir-riskju ta' xi incident. Fi kliem iehor, ikunu qed iharsu l-istess proceduri fis-sehh illum fuq il-kimici potassium chlorate u potassium nitrate. Dawn iż-żewg kimici, taht il-ligi Maltija, digà jinzammu f'post centrali taht il-harsien tal-Forzi Armati ta' Malta meta jigu importati. Wara jitqassmu, fi kwantitajiet zghar, fil-fabbriki tal-loghob tan-nar skond il-htiega.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932