Is-segretarju parlamentari edwin vassallo iwiegeb ghal ittra tal-kap ta’ l-oppozizzjoni dwar is-self employed
| "Fis-sena 2002, inhargu 752 licenzja ta’ negozji godda u kien | hemm zieda ta’ Lm18-il miljun f’importazzjoni ta’ prodotti ghall-konsum." Hekk habbar is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo f'konferenza stampa fejn ta wkoll l-istatistika rigward il-ħruġ tal-permessi u irreagixxa ghall-ittra li bagħat il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant lis-self employed, permezz ta' dawn il-kummenti. |
| L-istatistika, li turi bl-izjed mod car, żjieda fl-importazzjoni | ta' prodotti għall-konsum (ara tabella 1), tixhed kif fis-sena li għaddiet, kellna wkoll żieda fin-nefqa tal-konsumatur Malti u Għawdxi. B'mod ġenerali, in-nefqa tal-konsumatur fis-suq lokali żdiedet u dan ifisser li f'dan il-pajjiż hawn il-flus fl-idejn. Tant hu hekk, li fl-istatistika dwar ħruġ ta' liċenzji ġodda għas-sena 2002, reġgħet kienet reġistrata żieda fin-numru ta’ liċenzji tan-negozji ġodda (ara tabella 2 ). |
| Dan kollu jikkontradixxi bl-iktar mod qawwi dak li | kiteb l-Onor. Dr. Alfred Sant fl-ittra tiegħu lis-self-employed. Għall-kuntrarju ta' dak li kiteb f'din l-ittra, f'pajjiżna għandna suq fejn il-kompetizzjoni qed tikber kuljum, għaliex l-attivita' kummerċjali qiegħda tiżdied. Li kieku f'pajjiżna kellna suq staġnat, kieku ma kienx ikollna la żjieda fin-nefqa għall-konsum mill-konsumaturi Maltin u Għawdxin, u lanqas kien ikollna żieda fil-ħruġ ta’ liċenzji ġodda. Infatti meta għal sentejn kellna suq staġnat jigifieri li fihom inħarġu l-anqas liċenzji tan-negozju, dawn kienu s-sentejn meta l-Onor. Dr. Alfred Sant kien Prim Ministru. |
| Il-verita' hija li f'din l-aħħar sena, | il-kompetizzjoni u d-diversifikazzjoni fin-negozju żdiedu u hekk żdied ukoll il-konsum. Din l-istatistika (tabella no 1) maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali ghall-Istatistika, turi ż-żjieda fl-importazzjoni ta' prodotti mportati għall-konsum lokali. |
Tabella 1
| ImportazzjoniJan-DecJan-Dec Żjieda ta' LM | għall-konsum 2001 2002 (miljuni)Ikel u Xorb 97.1 99.6 2.5Durable goods 117.8 123.9 6.1 Ohrajn 64.2 74.3 10.1 Total 279.1 297.8 18.7 |
| Din l-istatistika tikkonferma kif żdied il-kummerċ | mill-ħwienet u s-swieq tagħna. Żjieda ta' 18 il-miljun lira fis-sena li għaddiet għall-konsum fis-suq lokali, hija prova li n-nefqa fuq livell ġenerali fin-negozji tagħna żdiedet. |
| Iżda l-isfida fis-suq lokali hija ż-żieda fin-numru | ta' dawk li qed jiftħu n-negozji ġodda u dan għaliex il-fiduċja tas-self-employed fil-Politika tal-Gvern għenet biex filwaqt li żdiedet in-nefqa fil-konsum fis-suq lokali, f'pajjiżna wkoll ġiet reġistrata żieda fil-ħruġ ta' permessi ta’ negozji ġodda u bdil ta' l-idejn ta’ negozji. |
| Minn Mejju 2002 meta bdew jinħadmu l-proċeduri | ġodda ghal-ħruġ tal-licenzji tan-negozju sa l-aħħar ta' Diċembru 2002, fit-Trade Licensing Unit, kienu reġistrati bħala validi 1,628 applikazzjoni, li minn dawn 708 kienu proċessati u approvati. |
| Minn din l-istatistika pubblikata, wieħed jista' | jieħu ndikazzjoni taż-żjieda fl-attivita' kummerċjali u t-trasferimenti ta’ negozji li saru. Tabella 2 tindika l-ħruġ tal-permessi tan-negozji ġodda. |
Tabella 2
Formola Tip ta' Liċenzji Applikazzjonijiet Liċenzji Maħruġa
A Applikazzjoni ġdida 21 5
mingħajr il-permess
tal-MEPA
C Applikazzjoni ġdida 473 264
bil-permess tal-MEPA
H Street Hawker 181 62
I Market Hawker 250 124
Total 925 425
Minn Jannar sa l-aħħar t'April 2002 il-Pulizija ħarġu 297 liċenzji tan-negozju
Għalhekk total ta' liċenzji għan-negozji ġodda maħruġ fl-2002 huwa ta' 752
Rigward trasferimenti ta' liċenzji tan-negozji, din l-istatistika (tabella 3) tagħti wkoll indikazzjoni ta' f'hiex kienet tikkonsisti t-talba ta' l-applikazzjonijiet għand it-Trade Licencsing Unit.
Tabella 3
FormolaTip ta' LiċenzjiApplikazzjonijietLiċenzji Maħruġa
Maħruġa
B Bidla ghas-sistema 48 14
l-gdida
D Bidla ta' l-attivita kummercjali 49 18
meta diga hemm
permess tal-MEPA
E Trasferiment tal-licenzja 318 83
fuq persuna ohra
F Trasferiment tal-licenzja 20 6
b' wirt
O Bidla ta' l-attivita kummercjali 52 27
meta l-permess tal-MEPA
mhux mehtieg
Total 487 148
Rigward kancellazzjonijiet ghand it-Trade Licensing Unit huwa rregistrat li kien hemm talba ghal 164 kancellazzjoni u li minnhom gew approvati 41
Din iż-żjieda ta' reġistrazzjoni fl-attivita' kummerċjali hija riżultat tal-ħidma li wettaq il-Gvern, fis-simplifikazzjoni tal-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji. Ta’ min ifakkar li fl-1997 u 1998, inħarġu biss 418 u 388 liċenzja tan-negozju rispettivament.
Dawn kienu s-sentejn taht amministrazzjoni Laburista, li fihom kienu ħarġu l-inqas liċenzji tan-negozji, u dan bhala riżultat ta' l-inċertezza fil-politika tal-Gvern u n-nuqqas ta' fiduċja li l-konsumatur kellu, fil-mod ta' kif kien qed jitmexxa l-pajjiż. Dawn kienu s-sentejn ukoll li fihom l-applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienet iffriżata.
Minn din l-istatistika wieħed jinnota l-effett negattiv li pajjiżna ġarrab immedjatament meta kienet iffriżata l-applikazzjoni tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din hija l-aħjar indikazzjoni li għandna ta' x'jista' jiġri mmedjatament kemm-il darba l-vot fir-Referendum għal sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, ma jsibx l-approvazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi.
Meta wieħed jevalwa l-istatistika rigward il-ħruġ tal-permessi tan-negozji ta' dawn l-aħħar sitt snin, wiehed jara kif żdiedet il-fiduċja tal-Maltin u Għawdxin fl-attivita' kummerċjali. Ta’ min jghid ukoll illi kieku kellna ngħoddu l-liċenzji li ħarġu l-Pulizija, ma' dawk kollha li kienu approvati mit-Trade Licensing Unit, l-ammont tal-Liċenzji tan-negozji għall-applikazzjonijiet diversi, jammonta għal 1,005 liċenzja tan-negozji approvati għal din is-sena. Kemm-il darba mas-752 liċenzja tan-negozji ġodda jkunu kalkulati l-liċenzji ġodda maħruġa minn Awtoritajiet oħra, iċ-ċifra ta' 752 liċenzja ġdida huwa kkalkulat li taqbeż sew it-800 liċenzja tan-negozji ġodda.
F'din is-sitwazzjoni, il-Gvern huwa mpenjat li jasal biex filwaqt li qed jikber in-numru tan-negozji ġodda, jinħoloq il-mekkaniżmu li jkun kapaċi jirregola li fis-suq ikollna iżjed diversifikazzjoni u anqas duplikazzjoni tan-negozju.
Dan l-eżerċizzju għandu jwassal biex filwaqt li jkollna ftuħ ta' iżjed ħwienet, ikollna l-mod li naraw li ħwienet ta' l-istess xorta ma jiftħux ħdejn xulxin.
“Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern huwa mpenjat biċ-Charter Ewropew għan-Negozji z-Żgħar, li mhux biss jara kif ikun hemm mezz irħas u eħfef biex jgħin lin-negozji jibdew jaħdmu, izda wkoll kif kull negozju jkun negozju sostenibbli."
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932