Xogħol ħażin fuq bankina se jsir mill-ġdid
PR247
24/02/2003
| Il-bankina fuq in-naħa tal-kiosks man-naħa | tal-lukanda Phoenicia, fil-bus terminus barra Bieb il-Belt se tinqala’ u tinbidel fit-tieni fażi tal-proġett ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni tal-istess Bus Terminus. |
| Dan ix-xogħol se jerġa’ jsir wara li l-materjal | li bih il-kuntrattur kesa din il-bankina, instab li kien difettuż. |
| Jirriżulta li waqt ix-xogħol li sar nhar | il-Ġimgħa 21 ta’ Frar, inqalet parti sostanzjali minn din il-bankina iżda l-materjal li nġieb biex jingħata wiċċ ġdid kien ukoll difettuż. Għalhekk il-kuntrattur se jagħti wiċċ ġdid lil din il-bankina, a spejjeż tiegħu. |
| It-tieni fażi tal-proġett se jitwettaq bejn nofs | Marzu u l-aħħar ta’ April. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932