Left arrow Go Back

Lm18-il miljun għall-biedja mill-U.E. f’erba snin

PR240
Date Icon 21/02/2003
Il-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd, l-Onor. NinuZammit qal dalgħodu li bejn din is-sena u l-aħħar tas-sena 2006, l-Unjoni Ewropea mistennija tipprovdi lis-settur tal-biedja f’pajjiżna għajnuna li tammonta għal aktar minn Lm18-il miljun. Dawn minbarra Lm5.5 miljun oħra li se jagħti l-Gvern Taljan ukoll għas-settur tal-biedja, u li flimkien iġibu total ta’ Lm24 miljun fuq perijodu ta’ erba’ snin.
Hu tenna li dan l-ammont qawwi f’għajnunagħas-settur agrikolu se jingħata biss għaliex Malta se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Zammit kien qed jitkellem f’ċerimonjasimbolika li saret ħdejn il-Mitħna tax-Xarolla, iż-Żurrieq, u li matulha delegazzjoni mill-Kunsill ta’ Messina ippreżentat siġar taż-żebbuġ bħala parti minn għotja ta’ 2,000 siġra taż-żebbuġ li dan il-Kunsill ta b’rigal lil Malta. Din id-delegazzjoni tinsab Malta għal żjara ta’ tlett ijiem.
Il-Ministru għall-Agrikultura qal li l-għajnuna liMalta se tirċievi mingħand l-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Italja se twassal biex flimkien ma’ għajnuna oħra li se joħroġ il-Gvern Malti, is-settur agrikolu f’pajjiżna jissaħħaħ u jsir ir-ristrutturar meħtieġ filwaqt li l-produtturi jibqa’ jkollhom dħul xieraq u ġust.
Hu saħaq li dak li Malta rnexxielha tiksebgħas-settur agrikolu fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea hu pakkett uniku għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ pajjiżna, mhux biss mil-lat finanzjarju iżda wkoll fir-rigward tal-miżura ta’ salvagwarda li l-Gvern irnexxielu jikseb għal perijodu ta’ ħames snin. Hu żied li bl-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Italja se jkun jista’ jsir l-ogħla investiment li qatt ħadd ħolom li seta’ jsir fis-settur agrikolu f’pajjiżna.
B’riferenza għall-għotja ta’ siġar mill-Kunsillta’ Messina, il-Ministru Zammit fakkar fir-relazzjonijiet tajbin li dejjem eżistew bejn Malta u l-Italja u li ilhom is-snin twal iħallu l-frott tagħhom f’kull qasam tal-ħajja f’pajjiżna.
Hu semma li disa’ xhur ilu hu kien mistieden imurMessina għal taħditiet mal-Kunsill ta’ dik il-belt bl-iskop li jkun hemm kollaborazzjoni akbar b’mod partikolari fil-qasam agrikolu. Hu qal li b’riżultat ta’ dik iż-żjara, il-Comunale ta’ Messina rregala lil Malta 2,000 siġra taż-żebbuġ biex jgħin fl-isforzi tal-Ministeru ħalli tkompli titkabbar f’pajjiżna l-kultura taż-żebbuġ.
Il-Ministru Zammit qal li minn meta bdiet il-kampanjagħat-tħawwil ta’ aktar siġar taż-żebbuġ, żdied sostanzjalment l-interess tant li l-importazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ żdiedet minn 3,378 fl-1997 għal 39,719 is-sena li għaddiet. Hu irringrazzja lill-Kunsill ta’ Messina għal din l-għotja u esprima t-tama li din il-kollaborazzjoni tkompli tissaħħaħ fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow