Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI DWAR IL-KONFERENZA TA’ L-AHBARIJIET LI GHAMEL IL-KAP TA` L-OPPOZIZZJONI RIGWARD IL-VAT

PR237
Date Icon 20/02/2003
Il-Konferenza ta’ l-ahbarijiet li ghamel il-Kap tal-Oppozizzjoni llumhdejn l-Ufficcju tal-VAT juri d-dizordni li tezisti f’mohh il-Kap tal-Oppozizzjoni.
Hi pozizzjoni perikoluza u ta’ thassib li kwistjoniimportanti bhal, x’sistema ta’ taxxa ghandu jkollu pajjizna, tigi mqabbla jekk izzommx mal-Inter jew mal-Juventus.
Hi wkoll ta’ thassib u periklu li l-Kaptal-Oppozizzjoni qieghed jammetti li se jzomm il-VAT, ghax hekk kien mgieghel jaghmel fl-1998 mill-Unjoni Ewropeja meta hu jibqa’ jsostni li it-taxxa tas-sisa li ma kien fehem hadd, hi l-ahjar wahda.
Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppozizzjoni qieghediharbat ukoll meta jitkellem fuq il-ftehim li sar dwar il-VAT fuq il-medicina u l-ikel. Hu qerq u gideb li tghid li se jkun hemm VAT fuq dawn il-prodotti mill-ewwel gurnata li nidhlu fl-Ewropa. Il-qbil iswed fuq l-abjad hu li Malta ghandha sa l-2010 biex idahhal din ir-rata ta’ VAT u zammet id-dritt li jekk xi pajjiz iehor ma jkollux taxxa fuq il-Medicina u l-Ikel, Malta terga’ tiftah in-negozjati biex tkun bhalhom.
Il-Gvern jiggarantixxi li bhalma ghamel fl-imghoddi,hi politika tieghu li jekk xi darba jiddahhlu dawn ir-rati ta’ VAT fuq l-ikel u l-medicini, il-Poplu jigi kumpensat biex jaghmel tajjeb ghal kull gholi ta’ hajja li tista’ tirrizulta minn dan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow