Stqarrija MILL-MINISTERU GHAR-RISORSI U L-INFRASTRUTTURA : Allegazzjonijiet bla bażi
PR235
20/02/2003
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura | jirreferi għall-allegazzjonijiet li d-deputat Laburista Charles Buhagiar għamel fil-konfront ta’ Charles Zammit, uffiċjal fis-segretarjat ta’ l-istess Ministeru. |
| Il-Ministeru ma jsib ebda diffikulta’ li dan | il-każ jiġi riferut lill-Uffiċju ta’ l-Awditur Ġenerali fejn ċerti li toħroġ il-verita’ kollha, b’mod partikolari li Charles Zammit hu persuna dedikata għax-xogħol tiegħu, li jaħdem bla heda għal pajjiżu u li ħafna drabi jagħmel sigħat ferm itwal milli fil-fatt jitħallas għalihom. Dan jista’ jiġi ippruvat. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jqis | l-attakk minn Charles Buhagiar kontra Charles Zammit bħala wieħed personali intiż li jagħmel ħsara lil persuna magħrufa għall-integrita’ u l-ħidma bla waqfien tagħha. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932