DISKORS MILL-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, FL-OKKAZJONI TA’ L-GHAXAR ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TA’ L-UNIVERSITA’ TAT-TIELET ETA’ - IL-BELT – 18 TA’ FRAR, 2003
Sinjuri,
Il-Kultura hija parti essenzjali mir-ruh ta’ nazzjon u hija kontribut determinanti ghall-kwalita’ ta’ hajja ahjar ghac-cittadini kollha. L-edukazzjoni ghandha titqies minn kulhadd bhala process kontinwu tul il-hajja kollha. L-objettiv ewlieni ta’ edukazzjoni ghall-anzjani hija ta’ stimulu intellettwali.
L-edukazzjoni tista’ zzomm persuna tat-tielet eta’ attiv fis-socjeta, fiducjuz fih innifsu, u li jista’ jikkontribwixxi lejn dik l-istess socjeta li hu nnifsu kien ghen biex tissawwar.
L-edukazzjoni taghti lill-anzjan dinjita’ u prestigju. F’hafna mis-socjetajiet madwar id-dinja, l-anzjani ghadhom huma l-mezz ta’ trasmissjoni ta’ informazzjoni, taghrif, tradizzjoni u valuri spiritwali: u din it-tradizzjoni importanti m’ghandha tintemm qatt. Fil-fatt Recommendation 44 tal-Vienna International Plan of Action on Aging, tghid:
"Educational programmes featuring the elderly as teachers and transmitters of knowledge, culture and spiritual values should be developed".
L-istrutturi edukattivi tas-socjeta ghandhom jitwessaw biex jirrispondu ghall-bzonnijiet edukattivi tal-hajja kollha tal-individwu. Ghalhekk hemm bzonn tal-‘Continuous adult education’ li tinkludi preparazzjoni ghax-xjuhija u ghall-uzu kreattiv taz-zmien. Huwa importanti li dawk kollha li qed jixjiehu ikollhom access ghall-edukazzjoni bazika u ghal kull facilita’ edukattiva moghtija fil-komunita. Fil-fatt Recommendation 45 tal-istess Vienna Plan of Action tghid:
"As a basic human right, education must be made available without discrimination against the elderly. Educational policies should reflect the principle of the right to education of the aging, through the appropriate allocation of resources and in suitable education programmes. Care should be taken to adapt educational methods to the capacities of the elderly, so that they may participate equitably in and profit from any education provided. The need for continuing adult education at all levels should be recognised and encouraged. Consideration should be given to the idea of university education for the elderly".
Forsi ghal hafna minn nies, il-kelma ‘Universita’ tista’ tidher li qed tqarraq b’dak li jkun ghaliex tippresupponi certi pretenzjonijiet. Izda dan m’ghandux ikun ghaliex U3E m’ghandhiex tigi rapprezentata esklussivament, jew anke primarjament, bhala xi istituzzjoni akkademika. Il-kelma ‘universita’’ ghandha tiftiehem bhalma kienet fl-antik: it-tiftix u l-akkwist ta’ taghrif u ta’ verita’ bhala skop fih innifsu. L-U3E qatt m’ghandha tkun Universita’ li l-funzjoni taghha hija li ‘tikkwalifika’ xi nies ghal xi haga, jew biex tqassam lawrji (degrees), diplomi jew certifikati.
Il-U3E fi hdan l-Istitut tal-Gerontologija qed taghti c-cans lil hafna anzjani, mod biex jibqghu attivi u jippartecipaw fil-hajja tas-socjeta’, billi jitghallmu, jiddiskutu, billi jaqsmu l-gherf u l-esperjenza li jkunu gabru matul hajja ta’ xoghol u servizz lill-komunita. Dan huwa gid li jitkattar – gid ghalihom, gid ghall-familji taghhom li tant jghozzuhom, u gid ghall-komunita’ li takkwista din l-esperjenza bil-progetti tal-memorja kollettiva.
U bhala tabib, jiena zgur niehu gost nara li l-anzjan qed jigi nkoraggit biex jibqa’ mentalment alert u fizikament attiv u konsegwentament jirritardja dak l-istadju li jwassal ghal dipendenza totali.
Illum grazzi ghall-progress kbir fil-qasam tal-medicina l-hajja twalet. Izda m’hemmx skop ta’ hajja itwal jekk ma tkunx imsiehba minn hajja ahjar. Ghaliex kif qal G.M. Piersol: "It is for science not only to add years to life but, more important, to add life to years". In-numru tal-anzjani qieghed kuljum jizdied b’piz aktar fuq il-komunita’. Il-gvern qed jaghmel dak kollu li jista’ fil-konfront ta’ din il-problema. F’dawn l-ahhar snin, zgur li l-anzjani - kemm dawk li qeghdin f’darhom kif ukoll dawk li qeghdin jghixu fid-Djar tal-Anzjani jew f’San Vincenz de Paule - qeghdin igawdu kwalita ta’ hajja ahjar.
Huwa xieraq li wiehed isemmi u jghid grazzi mill-qalb li tant organizzazzjonijiet volontarji ghas-sehem disinteressat li qeghdin jaghtu ghall-beneficcju ta’ tant anzjani. U fost dawn l-ghaqdiet volontarji wiehed zgur li ma jistax ma jsemmix is-sehem li dejjem tat il-Knisja Kattolika.
L-U3E qieghda toffri lill-anzjani taghna okkazjoni unika ta’ partecipazzjoni attiva li hija tant essenzjali biex jibqghu integrati fis-socjeta Maltija. U jekk irridu li f’Malta, l-U3E tkompli jkollha success, irridu nwarrbu l-pregudizzju li l-anzjani ma jistghux jitghallmu u li l-anqas ghandhom ghalfejn jitghallmu. Dawn il-pregudizzji huma ta’ hsara kemm ghas-socjeta’ kif ukoll ghall-anzjani nfushom. L-eta’ tal-irtirar mix-xoghol ghandha tfisser il-bidu ta’ fazi gdida fil-hajja tal-anzjan.
L-U3E trid tipprovdi lill-membri taghha u lis-socjeta xi haga izjed u differenti minn kors akkademiku. Hija ghandha sservi bhala benniena ta’ edukazzjoni kreattiva, filwaqt li t-taghlim ghandu jkun biex wiehed jiehu gost bih u biex jistghana bih intellettwalment.
L-U3E trid ukoll tiffunzjona bhala ‘rendevouz’ socjali fejn il-membri jiltaqghu ma’ xulxin, jaqsmu l-esperjenzi bejniethom u jinvolvu ruhhom fi progetti li jkunu jirriflettu l-‘expertise’ tal-membri nvoluti. Huwa dover sagrosant ta’ kull socjeta li zzomm lill-membri taghha - kbar u zghar - kemm jista’ jkun attivi fizikament u alerti mentalment permezz ta’ politika sana u servizzi utili li hija taghti. B’din l-Universita’ l-anzjan jerga’ jsib utilita’ u hafna drabi jakkwista bl-istudju u bid-diskussjoni xi haga li forsi ma kienx jista’ jaghmel meta kien izghar minhabba l-pressjoni tax-xoghol u r-responsabbiltajiet tal-familja. Jista’ jiltaqa’ ma’ shabu, jista’ jorganizza, u ma jhossux imwarrab, ghaliex ikun ghajb kbir jekk is-socjeta twarrab xi parti minnha stess.
Skond Serge Mayence, it-tieni president tal-International Association of Universities of the Third Age: "The third age is that time of life when, having ceased any occupational activity, men and women enjoy total independence". Fi kliem iehor, it-tielet eta’ hija meta wiehed jirtira mid-dinja tax-xoghol. Huma membri dawk kollha li rtiraw. Din l-eta’ tigi wara l-ewwel zewg etajiet, li huma tnejn dipendenti u warajha tigi r-raba’ eta’, li hija eta’ ta’ dipendenza u mewt.
L-U3E irid ikollha l-funzjoni li tirrendi lill-anzjan hajja ahjar, hajja aktar indipendenti u hajja li fiha valur. Trid tkun bhala holqa ohra fl-isforzi li qed taghmel il-komunita’ biex tigi realizzata kwalita ta’ hajja ahjar ghall-anzjani taghna. L-istat qieghed jaqdi l-missjoni tieghu mill-ahjar li jista’ billi sa fejn hu possibbli jiffacilita li l-anzjani jibqghu jghixu f’darhom – li hija l-aktar haga desiderabbli – u mill-banda l-ohra qed jiehu hsieb li jgholli l-livell tal-hajja fid-Djar tal-Anzjani u f’San Vincenz de Paule. L-ghaqdiet volontarji ukoll qeghdin jaghtu sehemhom biex ighinu lill-anzjan kemm f’daru u kemm meta jkun istituzzjonalizzat.
Izda huwa importanti hafna li l-anzjani jaghtu sehemhom bil-kontribut taghhom partecipattiv fl-okkazzjonijiet kollha li huma jkollhom. Il-partecipazzjoni attiva tal-anzjan hija essenzjali u hija l-qofol tal-integrazzjoni tal-anzjan fil-hajja pubblika (socjali, politika, kulturali, ecc.).
Sinjuri,
| Illum qeghdin infakkru l-ghaxar anniversarju ta’ l-inawgurazzjoni | tal-Universita’ tat-Tielet Eta’ li giet inawgurata f’Jannar tal-1993, li kienet is-Sena Ewropea tal-Anzjani u li kellha l-motto ‘Solidarjeta bejn il-generazzjonijiet’. U nahseb li huwa floku li wiehed jistaqsi: l-ezistenza ta’ din l-Universita’ tul dawn l-ghaxar snin, fissret xi haga ghal tant anzjani u b’mod generali ghas-socjeta taghna? Il-qasam tal-anzjani sar aktar sinjur bil-kontribut li intom tajtu u li ghadkom tistghu taghtu fl-interess tal-istess socjeta Maltija? Nahseb li issa ghadda zmien bizzejjed minn fuq il-hajja ta’ din l-istituzzjoni biex wiehed jiggudika s-success jew le mir-risposta pozittiva jew negattiva ghal dawn iz-zewg domandi. |
| Bhala membri ta’ din l-Universita’ intom tridu | tkomplu tghinu biex il-vizjoni taghna tal-anzjan tal-lum - fis-socjeta li qeghdin nghixu fiha, li hija Socjeta ghal kull Eta’, socjeta li rriduha tkun socjeta inkluziva u mhux eskluziva - li hija ta’ anzjan li jrid jibqa’ attiv f’din is-socjeta’, issir realta’. L-anzjan irid jiehu hafna izjed l-inizzjattiva f’idejh. Irid ikun anzjan pro-attiv - jigifieri jrid huwa stess ifittex kif jaghti kontribut siewi lis-socjeta. Qieghed nilmah quddiemi individwi li ghadhom kemm irtiraw mis-servizz u ohrajn li min ilu ftit jew hafna li rtiraw. L-irtirar bil-pensjoni jista’ jfisser li spiccajt minn servizz attiv izda qatt m’ghandu jigi nterpretat bhala rtirar mill-hajja attiva. |
| Id-dover taghna lkoll huwa li nipprovdu kwalita’ ta’ | hajja ahjar lill-anzjani taghna mhux mil-lat materjali biss izda wkoll mill-aspett socjali, kulturali, edukattiv u rikreattiv. Qieghed nghid li huwa dover taghna lkoll ghax sincerament nemmen li fostkom hemm tant u tant individwi li jistghu jaghtu kontribut siewi minn dan l-aspett. |
| Intom il-membri ta’ din l-Universita’ tat-Tielet | Eta’ ghandkom tkunu minn ta’ quddiem nett biex pajjizna jkollna anzjani b’sahhithom, attivi, li ghandhom interess fil-hajja minkejja l-eta’. Intom tridu tghinu biex f’pajjizna tkompli tizviluppa l-immagini gdida tal-anzjani f’Malta. Flimkien maghkom, irridu nkomplu nrawwmu fil-prattika l-kuncett ta’ solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet fejn l-anzjani u z-zghazagh joqoghdu biswit xulxin u jghinu lil xulxin. Intom tistghu tghinu billi toholqu diversi okkazzjonijiet li jipprovdu lill-anzjani taghna opportunitajiet biex jippartecipaw b’mod attiv huma stess u b’hekk tissahhah l-integrazzjoni shiha taghhom fis-socjeta. |
| U dan huwa l-appell sincier u umli tieghi lilkom, | anzjani hbieb, u kollegi tieghi. Irridu naraw li flimkien nirbhu l-isfidi li ghandna quddiemna fil-qasam tal-anzjani specjalment f’din is-sena li fiha l-poplu Malti sejjer dalwaqt jiddeciedi l-futur ta’ pajjizna. L-isfidi huma kbar izda ma rridux naqtghu qalbna. Il-progress miksub f’dawn l-ahhar snin jghamlulna kuragg u huwa garanzija tal-futur. Gvern wahdu ma jistax jissodisfa l-htigijiet kollha li dejjem jizdiedu u jinbidlu f’settur ta’ popolazzjoni li qieghed jikber ma’ kull sena li tghaddi. Irridu nahdmu lkoll f’daqqa u id f’id – gvern, knisja, volontarjat, settur privat u l-anzjani nfushom u l-istituzzjonijiet li fihom huma membri. |
| U hawnhekk tidhlu intom, il-membri tal-Universita’ | tat-Tielet Eta’. Irrid nara aktar attivita minnkom mhux biss fl-interess taghkom stess, imma anke fl-interess tal-anzjani kollha ta’ pajjizna. Irrid narakom twettqu iktar fil-prattika l-principju tas-solidarjeta li ahna lkoll nipprofessaw. Jiena ghandi fiducja fikom li intom ser taghmlu dak kollu li tistghu billi tikkontribwixxu s-sehem taghkom biex f’pajjizna naslu biex ikollna verament socjeta ghal kull eta’. |
| Nixtieq nikkonkludi b’nota personali. Jiena kelli | x-xorti li kont Segretarju Parlamentari fl-inawgurazzjoni ta’ din l-Universita tat-Tielet Eta’ u issa ghandi l-unur u s-sodisfazzjon li qieghed nokkupa l-istess kariga anke llum. Dak li ghidt dak inhar nistqarru llum: "Jiena perswaz li l-U3E ser tkompli tgholli d-dinjita’ u l-prestigju tal-anzjan f’pajjizna". U nispicca nikkwota lil Robert Browning: "Grow old along with me: The best is yet to be". |
Grazzi hafna.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932