fondi ta’ l-u.e. mill-programm ‘youth’ ghall-ghaqdiet taz-zghazagh
PR219
18/02/2003
| Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ | l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett attenda ghall-iffirmar ta` kuntratti ma` numru ta` għaqdiet ta` żgħażagħ, li ser jingħataw fondi permezz tal-programm ‘YOUTH’ ta’ l-Unjoni Ewropea, għall-proġetti li ser iwettqu. |
| Waqt is-sessjoni tal-lum, gew iffirmati kuntratti ma` | 8 għaqdiet differenti li ser iwettqu proġetti ta` natura diversa. Hemm 5 għaqdiet li ser jagħmlu laqgħat ta` skambju, taħriġ u ‘networking’, zewg għaqdiet li ser jibgħatu zewg persuni għal perjodu ta` volontarjat, u għaqda oħra li ser tagħmel proġetti msejħin inizjattivi lokali. Il-fondi li ser jakkwistaw dawn l-għaqdiet għall-proġetti li ffirmaw dalgħodu, jammonta għal 46,200 Euro. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mugliett, waqt li ndirizza | l-għaqdiet beneficjari, qal li l-Programm YOUTH ġab opportunitajiet ġodda għall-għaqdiet taż-żgħażagħ u għal ħidma fost iż-żgħażagħ. Dawn l-opportunitajiet jinkludu esperjenzi ta` tfassil u treġija ta` proġetti, budgeting, ricerka u kollaborazzjoni ma` għaqdiet barranin bħala sieħba, għarfien ta` kulturi oħra, taħriġ fit-tmexxija ta` gruppi ta` żgħażagħ u opportunitajiet għall-holqien ta` proġetti diversi għal dak li kienu jagħmlu normalment iż-żgħażagħ. |
| Il-Programm YOUTH m’huwiex għal proġetti ta` | studenti u għalhekk jilħaq faxex oħra ta` żgħażagħ, bħalma huma żgħażagħ ħaddiema, żgħażagħ f’għaqdiet ta` baned, sports, kultura jew youth centres tradizzjonali. Waħda mill-għaqdiet li ressqet proġetti u ser tieħu fondi għalih, hija għaqda ta` bdiewa żgħażagħ – kompla jgħid il-Perit Mugliett. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Programm YOUTH | saħħaħ il-volontarjat, partikolarment il-volontarjat fost iż-żgħażagħ. Fil-fatt, fis-sentejn li ilu mniedi l-programm f’Malta, rajna organizzazzjonijiet li ma kienux iwettqu ħidma socjali fost iż-żgħażagħ, jidħlu għal dan l-impenn ġdid, minħabba l-opportunitajiet ġodda, partikolarment il-fondi. Permezz tal-Programm YOUTH, żdiedu sostanzjalment il-fondi li minnhom jistgħu jgawdu l-għaqdiet taż-żgħażagħ. F’dawn l-aħħar sentejn, il-fondi miksuba minn għaqdiet Maltin jammontaw għal 490,000 Euro jew Lm200,000 liri Maltin. B’kollox 821 żagħżugħ jew żagħżugħa ppartecipaw b’mod dirett f’dan il-programm, minn kemm ilu mniedi. |
| Is-Segretarju Parlamentari saħaq li mhux minnu li l-partecipazzjoni | ta` Malta tibqa` l-istess jekk Malta tibqa` barra mill-Unjoni Ewropea. Bħala pajjiż partecipant, l-aġġudikazzjoni tal-proġetti isir kollu minn kumitat kordinattiv Malti (bħalissa presedut mis-Sinjura Annette Scerri). Huma l-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea li jagħmlu l-aġġudikazzjoni tal-proġetti tagħhom. Dan sabiex titrawwem kultura ta` dicentralizzazzjoni u ‘empowerment’ ta’ l-għaqdiet taż-żgħażagħ. Jekk inkunu barra mill-Unjoni Ewropea, naqgħu fil-kategorija ta` pajjiżi terzi u l-aġġudikazzjoni u t-tqassim ta` fondi jsir kollu minn Brussel. |
| Anke l-opportunitajiet miftuħa għall-għaqdiet | Maltin jinbidlu jekk Malta tibqa` barra, kompla s-Segretarju Parlamentari Mugliett. Huma l-pajjiżi membri biss li jistgħu jibgħatu jew jircievu individwi għal perjodu ta` volontarjat. Proġetti oħra li ma jkunux jistgħu isiru jekk Malta tibqa` barra, huma dawk imsejħa Youth Initiatives. Dawn il-proġetti ma jsirux bi sħab ma` għaqdiet barranin, imma huma proġetti mmirati sabiex jgħinu żgħażagħ żvantaġġjati jakkwistaw għarfien u ħiliet ġodda, b’enfasi partikolari fuq il-kultura lokali. |
| L-għaqdiet taż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ | Maltin għandhom iħarsu l-opportunitajiet ġodda li akkwistaw, kompla s-Segretarju Parlamentari Mugliett. F’dawn l-aħħar xhur rajna aktar ħidma u mpenn minn għaqdiet taż-żgħażagħ. Rajna għaqdiet jakkwistaw interess ġdid fil-ħidma tagħhom permezz tad-dimensjoni ġdida li ngħatat lill-ħidma tagħhom. Dan kollu jinbidel jekk Malta tibqa` barra mill-Unjoni Ewropea. L-għaqdiet Maltin ma jkunux jistgħu jibqgħu japplikaw għal proġetti huma, imma jistgħu jibbenifikaw jekk xi għaqda Ewropea li tkun taf bihom, tinkludihom bħala sieħba fil-proġetti tagħha, temm jgħid l-Onor. Jesmond Mugliett. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932