Left arrow Go Back

SERVIZZ TA’ eMAIL B’XEJN LIL KULħadd

PR217
Date Icon 18/02/2003
L-Onor. Dr. Austin Gatt, Ministru għall-Ġustizzja uGvern Lokali, illum indirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet, fejn ġiet imniedija inizjattiva li permezz tagħha kull ċittadin Malti u Għawdxi li jrid, ser jingħata indirizz tal-email b’xejn.
Din l-inizjattiva hija t-twettieq ta’ wegħdaelettorali, li kien hemm fil-programm elettorali ta’ l-1998.
Fid-diskors tiegħu, l-Ministru Gatt qal li huwa fattmagħruf minn kulħadd li l-email, huwa l-iktar servizz li jintuża bl-internet. Anke fl-inizjattiva tal-eGovernment, l-email huwa l-meżż ewlieni ta’ komunikazzjoni. Il-pass ta’ llum huwa pass ieħor importanti fid-direzzjoni li nagħmlu minn pajjiżna soċjeta’ ta’ l-ogħla livell, bażata fuq l-informazzjoni u l-komunkazzjoni. Dr. Gatt spjega li fil-jiem li ġejjin, kull ċittadin ser jirċievi notifika, biex imorru japplikaw għall-indirizz tagħhom, fil-Kunsill Lokali. Kull persuna, li tmur tapplika, tingħata l-indirizz u password dak il-ħin stess.
F’diskors li għamel il-Ministru Gatt, spjega lidin l-inizjattiva hija inizjattiva li turi biċ-ċar il-ħila li permezz tagħha, l-Kumissjoni eMalta u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali għaqqdu flimkien, lid-diversi setturi u għaqdiet biex jintlaħqu l-għanijiet.
Fil-fatt tul dawn l-aħħar erbatax-il xahar,il-Kummissjoni eMalta irnexxielha tingħaqad ma’ iktar minn 60 entita’ differenti, biex noħolqu l-inċentivi neċessarji ħalli flmkien nagħmlu minn Malta ċentru ta’ eċċellenza ta’ l-ogħla livell fil-qasam tal-ICT. L-għan prinċipali wara l-ħidma tagħna kien li ma niddupplikawx ix-xogħol, iżda li noħolqu is-sinerġiji neċessarji sabiex bil-ħidma ta’ kulħadd neliminaw kull tip ta’ firda diġitali li tista’ tinħoloq.
Il-Ministru Gatt qal li l-għoti ta’ indirizz tal-emailb’xejn lil kulħadd m’hijiex l-unika inizjattiva li qed tittieħed biex it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jsiru parti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ kull Malti u Għawdxi.

Fost l-inizjattivi li ħadna hemm:

  • l-inizjattiva "myWeb", fejn il-fuq minn 7,000 persuna qed jingħataw taħriġ fl-użu tal-kompjuters u l-internet;
  • aċċess ta’ l-internet b’xejn għal kull min itemm b’suċċess dan il-kors,
  • tagħlim fuq it-televiżjoni,
  • l-għoti tal-ECDL lil kull persuna li ttemm l-edukazzjoni sekondarja, ċertifikazzjoni ta’ l-ogħla livell minn Cisco, Microsoft u Oracle,
  • ċentri tal-informatika fil-kunsilli lokali,
  • Public Internet Access Points fit-toroq ewlenin ta’ kull belt u raħal,
  • ċentri tal-informatika fiċ-ċentri ta’ rijabilitazzjoni ta’ San Blas u Santa Marija, software tal-Microsoft lil kull student, u
  • kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b’diżabilita.
Dan mingħajr dubju huwa xhieda tax-xibka wiesgħa ta’servizzi w inizjattivi li ħadet il-Kummissjoni eMalta.
Mingħajr dubju, kompla il-Ministru Austin Gatt,nistgħu ngħidu li bil-fatti għamilna passi kbar f’dan il-qasam, anke jekk wieħed jiftakar li ħmistax-il sena ilu, il-kompjuters kienu llegali f’pajjizna.
Qed nipprovdu aċċess lil min m’għandux, qedngħallmu lil min m’għandux il-ħiliet u flimkien mal-‘players’ kollha, qed naħdmu biex nghelbu il-qasma diġitali mill-egħruq. Dr. Gatt kompla li dan kollu ma jiġrix b’kumbinazzjoni, qed iseħħ għax hawn Gvern li għandu viżjoni ċara, Gvern li qed jaħdem biex jilħaq l-għanijiet ambizzjużi tiegħu u servizz pubbliku effiċjenti.
Dr. Austin Gatt kompla li huwa jemmen li permezztal-informatika, qed noħolqu soċjeta’ inklussiva li ma thalli ‘l hadd ‘l barra. Din tikkontrasta bis-sħiħ man-nuqqas ta’ politika u viżjoni tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni f’dan il-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow