Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici: L-Oppozizzjoni lesta tilghab bil-futur tal-haddiem Malti

PR213
Date Icon 18/02/2003

Fil-mass meeting li sar fil-Mosta, nhar il-Hadd li ghadda, il-Kap ta’ l-Oppozzizjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant rega’ irrefera ghall-kumpanija Rotos Zirayia u pprova jilghab bil-kliem biex, bhallikieku, jirribatti l-kritika li saritlu.

Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici ghalhekk qieghed jerga` jsostni l-fatti rilevanti, precizament hekk kif thabbru fl-Istqarrija ghall-Istampa tat-12 ta’ Frar 2003. Fl-istess waqt, qed niccirkulaw ukoll kopja ta’ l-ittra tac-Chairman tal-‘Libyan Arab Maltese Holding Company’ (li hija is-shareholder tar-Rotos Zirayia) dwar is-sensji mghotija lill-ahhar 12-il haddiem tar-Rotos Zirayia.

Dawn is-sensji inghataw nhar it-Tlieta 4 ta’ Frar 2003; filwaqt li l-Onor. Dr. Alfred Sant tkellem il-Hadd ta' wara, 9 ta’ Frar. Jigifieri, meta Dr. Alfred Sant qal li r-Rotos Zirayia ser tintlaqat hazin bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea minn hawn u sena ohra, din il-kumpanija kienet diga` waqfet topera u ssensjat l-ahhar haddiema taghha.

Nikkonfermaw ukoll li r-Rotos Zirayia kienet ilha diga` daqs sitt xhur minn l-ahhar darba li esportat u li, tul dan iz-zmien, l-ahhar 12-il haddiem ta’ din il-kumpanija ma kienux iktar fuq xoghol ta’ produzzjoni izda kienu qed jaghmlu xoghol ta’ manutenzjoni fiz-zewg hotels proprjeta` tal-‘Libyan Arab Maltese Holding Company’.

Minkejja dawn ic-cahdiet, aktar ma jghaddi z-zmien, iktar qed tohrog fil-berah l-istrategija tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant. Dik li jipprova jizra` z-zerriegha tal-biza` akkost ta’ kollox.

Ghaldaqstant, minkejja d-diversi cahdiet li saru mis-sidien u mill-management tal-kumpaniji koncernati, xorta wahda Alfred Sant irrepeta l-ismijiet ta’ l-entitajiet li kien diga` semma f’okkazjonijiet precedenti. Anki jekk dawn il-kumpaniji cahdu kategorikament dak li ntqal dwarhom, xorta wahda Dr. Alfred Sant rega’ qed isemmihom bhal wiehed li qed ilissen litanija li tghallimha bl-amment, u li qed jipprova jdahhalha f’mohh min qed jisimghu bl-isforz tar-ripetizjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow