Left arrow Go Back

GĦOTJIET TA’ Lm72,273 F’INĊENTIVI MQASSMA F’GĦAWDEX

PR202
Date Icon 14/02/2003
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, illum qassmetgħotjiet li jammontaw għal iktar minn Lm72,000 f’inċentivi għall-industriji li joperaw f’Għawdex.
L-industrija Għawdxija għandha spejjeżaddizzjonali, bħalma huma l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji ta’ l-1988 jipprovdi għall-għoti ta’ inċentivi lil kumpaniji Għawdxin biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali għat-trasport.
F’diskors li għamlet il-Ministru Debono tkellmetdwar l-iżvantaġġi u l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex iżda saħqet ukoll li Għawdex joffri wkoll vantaġġi u opportunitajiet. Hija qalet illi minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-istess industriji Għawdxin, huma rnexxielhom mhux biss jipproduċu prodotti ta’ livelli għolja iżda wkoll jesportaw lejn pajjiżi ’l barra minn xtutna.
Dwar is-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea,il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-opportunitajiet ta’ suq akbar li l-Unjoni Ewropea ser tkun għal imprendituri Għawdxin. Hija faħħret l-intraprendenza ta’ l-imprenditur Għawdxi filwaqt li ħeġġet lil dawk preżenti sabiex jagħrfu jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ negozju li jiġu bis-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Il-kumpaniji li rċevew l-għotjiet kienu Magro Bros. Foods Ltd., Metal Can Ltd., Merit Precision Tools, MP Clothing Ltd., Farmers Foods, Edc Euro, Parmagan Products Ltd., Carefree Furniture Ltd., u Topserv Ltd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow