Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI: IL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI IPPROVA JBEZZA’ B’KUMPANIJA LI KIENET DIGÀ GHALQET

PR193
Date Icon 12/02/2003
Fil-Mass Meeting tal-Hadd li ghadda, il-Kap ta’ l-Oppozizzjonirega` semma l-ismijiet ta’ xi kumpaniji fil-qasam tal-manifattura li, skond hu, ser jintlaqtghu hazin bis-shubija ta’ Malta fil-Unjoni Ewropea.
Wahda minhom, il-Pharmamed, kienetpronta tohrog stqarrija, li cahdet bl-iktar mod dirett u car dak li allega l-Onor. Alfred Sant. Minn kliem is-sidien ta’ din l-istess kumpanija, mhux talli il-Pharmamed mhux qieghda tipprevedi li ser tintlaqghat hazin bid-dhul ta’ Malta fil-Unjoni Ewropea, anzi bil-kontra. Il-Pharmamed qedgha tahdem biex tkabbar l-esportazzjoni taghha lejn il-pajjizi Ewropej u qedgha tinvesti f’Malta precizament sabiex tkun fl-ahjar qaghda li tiehu vantagg mis-shubija ta’ Malta fil-Unjoni Ewropea.
B’kuntrast, ir-Rotos Zirayia,kumpanija ohra li semma l-Onor. Alfred Sant, baqghet ma harget l-ebda kumment. Izda dan m’ghandu jissorprendi lill hadd (hlief lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni) ghaliex din il-kumpanija kienet diga` ghalqet granet qabel ma tkellem il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni. Prova ohra, jekk kien hemm bzonn, ta’ kemm wiehed ma jistax jemmen dak li qed jghid il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni meta huwa ghandu mira wahda biss, dik li jbezza` akkost ta’ kollox lill-haddiema Maltin u Ghawdxin.
L-istorja tar-Rotos Zirayia m’ghandax’taqsam xejn mad-dhul ta’ Malta fil-Unjoni Ewropea u wisq inqas, issa li ghalqet, ma tista’ tigi affetwata mid-decizjoni li ser jiehu pajjizna fuq il-bazi tar-rizultat tar-Referendum. Fil-fatt, ir-Rotos Zirayia kienet ilha sejra lura minn xi sitt snin ilu. Dan kien principalment b’rizultat tal-fatt li din il-kumpanija ma rnexxieliex tiddiversifika l-linja tal-prodotti taghha u lanqas is-suq. Kienet u baqghet tiddependi ghal kollox mill-bejgh ta’ ftit mudelli ta’ pompi ta’ l-ilma lil klijent wiehed fil-Libya.
Ta’ minn isemmi li, qabel ma ghalqet, ir-RotosZirayia kienet ilha iktar minn sitt xhur ma tesporta lejn il-Libja u l-ahhar kunsinna li kienet baghtet lejn dak il-pajjiz kienet tammonta ghall-inqas minn hamsin elf lira. Ir-Rotos Zirayia kienet spiccat bi 12 -il haddiem biss u lanqas dawn ma kienu ghadhom okkupati fuq xoghol ta’ produzjoni izda kienu qed jintuzaw fuq xoghlijiet ta’ manutenzjoni barra mill-fabrika, principalment fuq xi xoghol fil-lukanda Vivaldi. Dawn l-ahhar 12-il haddiema inghataw is-sensja fl-4 ta’ Frar 2003.
Dwar il-kumpaniji l-ohra fil-qasam tal-manifattura lisemma l-Onor. Alfred Sant, m’hemm xejn li jindika li dawn jistghu jigu affetwati hazin bid-dhul ta’ Malta fil-Unjoni Ewropea. Fuq kollox lanqas l-istess Kap ta’ l-Oppozizzjoni ma spjega kif dan jista` jkun il-kaz. Il-Mediterranean Power Electric ghadhom kemm kellhom konferma ta’ ordnijiet ohra sostanzjali fil-Libja. Il-Medavia qedgha fi trattivi ma’ l-MDC biex tkompli tespandi l-operat taghha. Il-BIM u il-Plastic Processing Ltd. huma zewg kumpaniji li jipproducu principalment ghall-klijenti lokali u t-tnejn ghandhom kwalita` gholja kif ukoll prezzijiet kompettitivi li joffru garanzija ghal futur.
Dan kollu juri bic-car li t-tattici li qed juza l-Kapta’ l-Oppozizzjoni fid-diskorsi tieghu fil-kampanja ghar-Referendum qed jigu irredikolati u trattati bhala invenzjonijiet minn min hu verament midhla ta’ l-industrija tal-manifattura.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow