Left arrow Go Back

PROĠETT B’FONDI MILL-UNJONI EWROPEA

PR177
Date Icon 07/02/2003
Ir-riabilitazzjoni u restawr huma llum qasam importantifil-konservazzjoni tal-wirt storiku ta’ pajjiżna li ngħata spinta qawwija bit-twaqqif tal-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Francis Zammit Dimech, meta inawgura uffiċjalment sit rurali medjuvali f’Is-Simblija, limiti tar-Rabat/Dingli.
Hu qal li dan il-Unit illum għandu staffprofessjonali li jiġbor fih periti speċjalizzati fir-restawr, Supretendent tal-fortifikazzjonijiet u espert fl-arkitettura militari, arkeoloġista, team ta’ draughtsmen u surveyors u numru ta’ ħaddiema tekniċi u ħaddiema mħarrġa fil-qasam tar-restawr.
L-Proġett Aramis, li jitratta mtieħen u sistemi ta’irrigazzjoni Għarab fil-baċin tal-Mediterran, kien jagħmel parti mill-Programm Raphael u ġie parzjalment finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Il-programm ikkonsista fil-konservazzjoni ta’ sit medjuvali f’Ħad-Dingli u studju intensiv tas-sit u tas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ilma f’kuntest Medjuvali u Għarbi. Il-Ministru tenna li dan kien l-ewwel sforz li sar biex nippruvaw nanalizzaw is-sistemi ta’ irrigazzjoni li kienu jitħaddmu tul il-perijodu Għarbi billi ntużaw studji ta’ l-inħawi flimkien ma aspetti ta’ toponomija, arkeoloġija u storja.
Francis Zammit Dimech qal li r-riżultat ta’ danil-proġett, li ħa madwar 14-il sena biex jitlesta, hu dan il-ġojjel ta’ storja li qegħdin nikkonservaw mhux biss għalina iżda għal dawk li għad jiġu warajna. Żied jgħid li f’dan il-proġett sibna l-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea u li dak li rnexxielna niksbu s’issa hu biss qatra meta jitqabbel ma’ dak li nistgħu nieħdu bi dritt darba nkunu membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Gvern diġa` ħejja d-dokumentazzjoni kollhaneċessarja biex ikun jista’ jikseb għajnuna għal proġetti ta’ restawr u riabilitazzjoni li jeħtieġu investiment qawwi ta’ miljuni ta’ liri. Hu qal li filwaqt li l-Gvern preżenti kien diġa` qed jinvesti fir-restawr u r-rabilitazzjoni ta’ wirt storiku ta’ pajjiżna bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea dan l-investiment ikun jista’ jitkattar għal kemm il-darba dak li hu llum u jgħin biex tingħata spinta qawwija għar-riabilitazzjoni ta’ swar, fortifikazzjonijiet, kwartieri antiki u bini storiku.
Francis Zammit Dimech qal li diġa` kienu ġewindikati diversi proġetti ta’ dan it-tip li darba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jistgħu jibdew jitwettqu immedjatament permezz ta’ fondi li nikkwalifikaw għalihom.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal lif’dawn l-aħħar erba’ snin twettqu aktar minn 70 proġett ta’ restawr filwaqt li hemm daqshekk ieħor proġetti li qed jitwettqu jew li qed jitħejjew pjani biex jibda x-xogħol fuqhom. Fl-istess waqt twettqu numru kbir ta’ proġetti ta’ riabilitazzjoni fil-belt Valletta, il-Floriana, Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara u l-Imdina. Fakkar wkoll li ftit ’il bogħod minn fejn kien, fl-Imdina kien qed jitwettaq proġett li kien se jiswa mad-Lm900,000 fejn mhux biss il-wires kollha mal-ħitan se jmorru taħt l-art iżda fejn se ssir mill-ġdid il-pavimentazzjoni tat-toroq ta’ din il-belt antika.
Anke f’dan il-proġett li kien qed ikun inawguratil-Gvern dehrlu li kellu jidħol sħab ma’ għaqda volontarja, f’dan il-każ mal-Fondazzjoni Wirt Artna li qablet li tipprovdi is-sorveljanza meħtieġa tas-sit speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, li tgħin fiż-żamma ta’ l-indafa, u qtugħ ta’ ħaxix ta’ inħawi identifikati. Min-naħa tiegħu l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura se jieħu ħsieb il-manutenzjoni estensiva u xogħol ta’ tiswija fuq is-sit filwaqt li se jipprovdi lill-Fondazzjoni b’materjal u provisti li jkunu meħtieġa.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastrutturairringrazzja lil kull min ħadem biex dan il-proġett ikun realizzat. Hu qal li diġa kellu l-okkażjoni l-bieraħ li jsemmi wieħed, wieħed lil dawk li kkontribwew lejn dan il-proġett iżda kien iħossu fid-dmir jirringrazzja lil Paul Saliba, Joseph Magro Conti u Claude Borg li tawna l-ktieb A Study of Landscape and Irrigation Systems at is-Simblija limits of Dingli,Malta li jidħol fil-fond fl-istorja ta’ pajjiżna biex mhux biss aħna iżda ġenerazzjonijiet futuri jkunu jafu kif kienu jgħixu l-antenati tagħna li sawwru l-istorja ta’ pajjiżna.
Francis Zammit Dimech qal li jħossu kburi bil-ħidmakontinwa li kienet qed titwettaq mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u jinsab ċert li din il-ħidma mhux talli se tissokta fil-futur iżda se tikber bl-għajnuna li nieħdu mid-diversi fondi u programmi ta’ l-Unjoni Ewropea li taħdem biex kull pajjiż iżomm il-kultura u l-identita’ tiegħu għax temmen fid-diversita’ tal-kulturi u l-identitajiet fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow