Left arrow Go Back

GĦOTJIET TA’ Lm17,000 LILL-NGOs GĦAWDXIN

PR171
Date Icon 07/02/2003

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qassmet għotjiet li jammontaw għal Lm16,500 f’inċentivi lill-Għaqdiet Non-Governattivi f’Għawdex, dalgħodu.

L-Għaqdiet Non-Governattivi f’Għawdex jagħtu servizzi diversi fis-sezzjonijiet differenti tas-soċjeta` Għawdxija. Ta’ kull sena l-Ministeru għal Għawdex, minbarra l-għajnuna regolari permezz ta’ materjal jew ħaddiema, jagħti għajnuna finanzjarja lil ħafna minn dawn l-għaqdiet volontarji Għawdxin li jagħmlu xogħol fl-oqsma edukattivi, soċjali, kulturali, sportivi u ta’ kummerċ.

Din is-sena, l-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ippreżentaw 108 proġetti għall-kunsiderazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja mill-Gvern, minn liema 97 proġett ġew magħżula u bbenefikaw mill-għotjiet ta’ Lm17,000 imqassma mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex illum.

L-Għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema jkopru setturi differenti, imqassma kif ġej:

  • gruppi taż-żgħażagħ u centri parrokkjali (li rcevew Lm3,600 f’għajnuna),
  • dawk involuti f’xogħol ta’ natura socjali (Lm7,200),
  • għaqdiet sportivi (Lm750),
  • għaqdiet kulturali (Lm1,350),
  • għaqdiet ta’ ħarsien u promozzjoni tal-patrimonju (Lm1,000),
  • għaqdiet oħra ta’ natura edukattiva/informattiva (Lm1,900),
  • dawk relatati mal-kummerc (Lm1,000), u
  • għaqdiet ta’ dilettanti dilettanti (Lm200)

F’diskors li għamlet il-Ministru Debono rringrazzjat lill-għaqdiet volontarji kollha preżenti tal-ħidma ntensiva tagħhom favur is-socjeta’. “Il-ħidma tagħkom hija waħda mprezzabbli mhux biss għaliex kontinwament twettqu diversi proġetti għall-ġid tas-socjeta’, kif inhi xhieda l-attivita’ ta’ llum, imma għaliex permezz ta’ l-impenn bla heda tagħkom ilkoll, qed tagħtu kull ma tistgħu sabiex is-socjeta’ ta’ għada tkun aħjar minn ta’ llum".

Il-Ministru Debono fakkret kif il-Gvern preżenti jirrikonoxxi l-ħidma ta’ l-għaqdiet mhux governattivi jew volontarji mhux biss permezz ta’ għotjiet finanzjarji li jinkoraġġuhom fil-ħidma tagħhom iżda wkoll permezz tat-twaqqif ta’ l-ewwel centru għall-użu minn dawn l-istess għaqdiet li allura jkompli jiffacilita l-istess ħidma.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow