SERVIZZI TA’ KURA AĦJAR GĦAL DAWK LI JBATU MINN DIFFIKULTÀ FIL-KOMUNIKAZZJONI U FIL-LINGWA
PR169
07/02/2003
| Hu kkalkulat li madwar 20% tal-popolazzjoni Maltija | tbati minn xi forma ta’ diżordni jew difett fil-komunikazzjoni u fil-lingwa. Fl-aħħar snin il-Gvern ħa diversi miżuri biex f’dan il-qasam jipprovdi servizz ta’ kura efficjenti lil dawk kollha li jbatu minn din it-tip ta’ kundizzjoni. Din il-kura tingħata fil-komunità u dan hu konformi mal-politika tal-Gvern li fejn hu possibbli s-servizzi ta’ kura jitressqu lejn il-klijent. |
| Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara meta | kien qiegħed jiftaħ uffiċjalment uffiċini ġodda ta’ l-iSpeech Language Department f’Hal-Luqa. Dan id-Dipartiment jaqa’ taħt id-Dipartiment tal-Kura Primarja li ħafna jassoċjawh biss mas-servizzi mogħtija mic-Centri tas-Saħħa. Tajjeb li wieħed ifakkar li d-Dipartiment tal-Kura Primarja hu responsabbli ghas-servizzi kollha ta’ kura li l-Gvern jipprovdi fil-komunità, fosthom is-servizz li joffri intervent għal kull min għandu diffikultà f’dan il-qasam. |
| Dan is-servizz ilu offrut ghal diversi snin imma kien | biss fl-1991 bit-twaqqif tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa li ngħatat spinta kbira kemm fis-servizz, kif ukoll partikularment fit-taħriġ u l-professjonalita’ ta’ dawk li joffru is-servizz. Grazzi għal dan l-Istitut dan id-Dipartiment jimpjega 50 terapista li kollha huma gradwati u hemm numru ta’ speċjalisti f’oqsma differenti ta’ din il-professjoni. Mill-1995, b’mod regolari ggradwaw numru ta’ speech pathologists. Is-sena l-oħra iggradwaw 17 li kollha gew impjegati f’dan id-Dipartiment. M’hemmx dubju li s-servizzi offruti huma professjonali u dan hu r-riżultat ta’ l-investiment għaqli fir-riżorsi umani li d-Diviżjoni qegħda tagħmel, kompla l-Ministru.. |
| Dan id-Dipartiment ukoll ibbenifika minn programm | Leonardo Da Vinci li toffri l-Unjoni Ewropea billi numru ta’ impjegati marru barra minn Malta għal esperjenzi oħra fil-linja tagħhom. Id-Dipartiment flimkien ma’ l-Istitut Għall-Harsien tal-Saħħa ipparteċipa ukoll fil-programm Erasmus. |
| Is-servizzi offruti minn dan id-Dipartiment huma | mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha. Dan jiġi provdut minn 8 Ċentri tas-Saħħa u minn 13-il Berġa. Jingħataw ukoll servizz fl-iskejjel tal-gvern inklużi dawk għall-studenti bi bżonnijiet speċjali, f’Ċentri ta’ Taħriġ għall-Adulti, kif ukoll fid-Djar Residenzjali għall-Anzjani. |
| Issa li d-Dipartiment għandu uffiċini ġodda se | jkun f’pożizzjoni aħjar biex joffri is-servizzi tiegħu minħabba l-faċilitajiet li issa qed jintużaw ukoll bħala klinika u post ta’ taħriġ għall-istess impjegati. Fl-aħħar snin id-Diviżjoni tas-Saħħa tat spinta biex l-impjegati jkollhom uffiċini aktar komdi fejn jaħdmu, għax dan fl-aħħar mill-aħħar, jgħin ukoll fil-provediment ta’ servizz ta’ kwalita’ għolja. |
| Fl-aħħar il-Ministru Deguara irringrazzja lil kull | min għen biex jitlestew l-uffiċini l-ġodda u awgura lill-impjegati ħafna ħidma u sodisfazzjon fix-xogħol li huma jwettqu b’tant dedikazzjoni. Huwa xieraq li x-xogħol ta’ tant nies dedikati ikun magħruf u rikonoxut. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932