Left arrow Go Back

Jibqghu juzaw it-tattika li jbezzghu lill-haddiema

PR160
Date Icon 06/02/2003
B’referenza ghall-istorja li dehret il-bierah, 5 ta’ Frar 2003, fl-ewwelpagna tal-gurnal "l-Orizzont", il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici huwa kostrett biex ghal darb’ohra jasal ghall-konkluzjoni li dan il-gurnal tal-GWU, ghandu bhala l-uniku ghan tieghu, dak li jipprova jdahhal fost il-haddiema, element ta’ biza` ghal pass storiku li ser iwettaq dalwaqt pajjizna, meta Malta tissieheb hi ukoll fl-Unjoni Ewropea.
Il-mira, din id-darba kienu l-haddiema tal-Freeport,hekk kif jindika l-istess titlu "Jintlaqtu l-Haddiema tal-Freeports", skond min kiteb l-artiklu; b’rizultat tal-proposti mressqa mill-Kummissjoni Ewropea ghal iktar liberalizzazzjoni fil-portijiet Ewropej.

Dan assolutament mhux minnhu.

Il-proposti mill-Kummissjoni Ewropea jikkoncernaw ix-xewqa li certi servizzi fil-portijiet jinfethu ghal kompetizzjoni u, bl-ebda mod, dawn id-direttivi ma jistghu qatt jolqtu lill-haddiema tal-Malta Freeport, ghaliex dawn huma impjegati ta’ dik l-istess kumpanija.

Ta’ "l-Orizzont" qeghdin ukoll jilghabu bil-kliem. Dan l-artiklu jipprova jaghti l-impressjoni li kull port fejn jinhattu l-containers jista’ jissejjah ukoll Freeport. Dan mhux il-kaz. Il-Malta Freeport huwa container port, izda mhux kull port fejn jinhattu l-containers huwa freeport.

Xi whud mill-ezempji li pprova jghati minn kiteb l-artiklu huma semplicement ridikoli. Kull min jahdem fil-Freeport jaf kemm assolutament mhux rejalistiku li xi darba kull vapur li jidhol fil-Freeport inizzel il-crane operator tieghu. Mhux biss wiehed jistaqsi: x’ikun qed jghamel dan l-operatur fil-granet meta il-vapur ikun qieghed ibahhar, izda, kull minn huwa midhla tal-Freeport jaf kif il-krejnijiet regolarment jiccaqalqu minn vapur ghall-iehor, skond il-bzonnijiet tax-xoghol.

Ghalhekk nistghu nergghu nsostnu bla ebda tlaqliq, li l-haddiema tal-Malta Freeport mhumiex ser jintlaqtu bl-ebda mod mill-liberalizazzjoni tal-portijiet Ewropej. Lanqas ma jistghu jigu milquta l-burdnara ghaliex ix-xoghol li jghamlu dawn ta’ l-ahhar ma jaqghux taht il-parametri koperti mill-proposti li jikkoncernaw il-liberalizzazjoni tal-portijiet.

Daqstant iehor, il-haddiema l-ohra li jahdmu fil-portijiet Maltin, ghandhom iserhu rashom li mhux ser jigu implimentati l-ebda bidliet minghajr ma jigu salvagwardjati l-interessi legittimi taghhom.

Ta’ minn hawnhekk isemmi kif, fin-negozjati li l-Gvern Malti ghamel ma’ l-UE, intlahaq ftehim li permezz tieghu l-haddiema tax-xatt ser jibqghu limitati fin-numru, jigifieri ser jibqa’ japplika n-numerus clausus fuq il-licenzji taghhom. Il-haddiema tax-xatt li jiffurmaw parti mill-iskema tal-wirt ser jibqaghlhom dan id-dritt wara s-shubija ta’ Malta fl-UE. Dan id-dritt jista’ jintuza darba u se jigi garantit permezz ta’ "joint-registration" tal-haddiem flimkien ma’ l-eredi tieghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow