REFERENDUM DWAR IS-SĦUBIJA TA’ MALTA FL-UNJONI EWROPEA - 8 TA’ MARZU 2003 - ARRANĠAMENTI GĦALL-MALTIN IMSEFRIN
Qed isiru arranġamenti biex il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż, ikunu jistgħu jiġu lura Malta biex jivvotaw fir-Referendum li se jsir is-Sibt, 8 ta’ Marzu 2003.
L-Air Malta plc ser tipprovdi biljett bir-ritorn għal Lm15, eskluż it-taxxi, għal dawk il-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li huma eliġibbli li jivvotaw fir-Referendum. Reservations fuq titjiriet skedati ta’ l-Air Malta jistgħu jsiru mill-outstations u l-General Sales Agents tal-kumpanija barra minn Malta; jew lokalment mis-sales offices ta’ l-Air Malta, il-Belt Valletta, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kif ukoll Għawdex; jew minn fuq it-telefon Nru 21662211.
Dawn l-arranġamenti ser ikunu validi bejn nhar il-Ħamis, 6 ta’ Marzu 2003 u l-Ħadd, 9 ta’ Marzu 2003, iż-żewġ dati nklużi, u japplikaw għal:
1. Individwi ta’ nazzjonalità Maltija, li jinkludu dawk li huma miżżewġa ma’ barranin, dawk li qed jaħdmu barra kif ukoll dawk li qed jieħdu trattament mediku barra mill-pajjiż;
2. Studenti ta’ nazzjonalità Maltija, li jinkludu dawk miżżewġin barranin, li qed jistudjaw barra; u
3. Dipendenti tal-persuni fuq imsemmija f’(1) u (2).
Din id-direttiva tapplika għal dawk il-votanti li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932