Left arrow Go Back

ftehim bejn il-Ministeru ta’ l-Intern u l-AMBJENT u l-Maltacom dwar l-introduzzjoni tas-Single Emergency Number 112

PR155
Date Icon 05/02/2003
Dal-ghodu gie ffirmat il-Ftehim bejn il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjentu l-Maltacom, li witta t-triq ghall-introduzzjoni tan-numru 112 bhala n-numru wahdani ta’ l-emergenza.
Il-ftehim gie ffirmat mis-Segretarju Permanentifil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, Dr Godwin Grima u mic-Chairman tal-Maltacom, is-sur Maurice Zarb Adami.
Prezenti ghall-iffirmar kien hemm ukoll il-Ministruta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg, il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Prof. Josef Bonnici u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino.
F’kelmtejn ta’ introduzzjoni s-sur Pullicino qalli l-progett ta’ l-112 hu l-ewwel fazi minn programm ta’ titjib. In-numru 112 ilu fis-sehh minn Lulju ta’ l-2001, madanakollu n-numri l-antiki ghadhom fis-sehh.
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino qal li s-sistemase tithaddem fuq kuncett gdid li permezz tieghu, it-telefonati li jidhlu fuq in-numru ta’ l-emergenza 112 ikunu mqassma skond in-natura tat-telefonata. Imqabbda mas-sistema se jkun hemm il-Pulizija, id-Dipartiment tas-Sahha, il-Protezzjoni Civili u l-Forzi Armati.
Huwa qal li dan in-numru uniku ta’ emergenza (112)jikkonferma t-titjib tal-processi u s-servizzi lill-pubbliku u li qed tintuza t-teknologija biex intejbu l-ko-ordinament u s-servizzi ta’ rispons f’sitwazzjonijiet kritici.
Is-Segretarju Parlamentari Pullicino qal li danil-progett huwa konferma li qed insiru aktar iffukati fuq il-konsumatur u se nkomplu b’dan il-programm.
Dan hu progett inter-ministerjali li sar bis-sahha ta’ghadd ta’ nies kapaci li jiffurmaw il-bazi tal-investiment, temm jghid is-Segretarju Parlamentari Pullicino.
Il-Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg qal li n-numru112 huwa n-numru ta’ emergenza li jintuza fl-Unjoni Ewropea. "Dan in-numru wiehed ta’ emergenza kien stabbilit b’decizjoni tal-Kunsill fid-29 ta’ Lulju 1991 u kien imsahhah permezz ta’ ligijiet u direttivi li gew wara," spjega l-Ministru Borg.
Huwa qal li c-cittadini Ewropej li jsibu ruhhom f’diffikultajietjistghu jcemplu fuq il-112 biex jitolbu l-assistenza f’kazi ta’ emergenza fl-Istati Membri kollha. Ghalhekk kull min jivjagga fl-Unjoni Ewropea, ghandu jiftakar numru wiehed biss u dan jiggarantixxi intervent aktar f’waqtu u aktar efficjenti.
Il-Ministru Borg fisser li n-numri li l-Maltin setghuicemplu fuqhom f’kaz ta’ emergenza huma hamsa. Jezisti n-numru li jqabbdek mal-Pulizija, mas-servizzi tas-sahha, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u iehor ma’ l-Armata. Issa dawn is-servizzi kollha se jkunu accessibbli permezz ta’ numru wiehed, il-112.
Il-vantaggi huma li f’kaz ta’ emergenza, ghandektiftakar f’numru wiehed biss u min jirrispondi t-telefon jiehu hsieb hu li jsejjah l-assistenza li jkun hemm bzonn. Jekk wiehed isiefer f’xi pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea u anke f’xi pajjizi kandidati, hemmkek juzaw l-istess numru ghall-emergenza.
Fid-dawl tal-fatt li madwar 80 fil-mija tas-sejhietta’ emergenza jkunu sejhiet foloz jew li ma jkunux ta’ emergenza, il-Ministru Borg appella lill-pubbliku biex ma jirrikorrix ghal dan it-tip ta’ abbuz. Minbarra li s-sejhiet foloz joholqu nkonvenjent u l-konsegwenzi jistghu ikunu wkoll fatali, min jaghmel dawn it-tip ta’ sejhiet, issa se jkun jista’ jigi ntraccat bis-sistemi ta’ teknologija avvanzata li qed tintuza ghal dan il-progett li tintraccja n-numru kif ukoll tirregistra kull sejha ta’ emergenza li ssir.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow