Left arrow Go Back

32 OBJETTIV FIL-PJAN TA’ ĦIDMA TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT GĦAS-SENA 2003 - JIĠI FIS-SEĦĦ IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR FIL-QASAM TA’ L-ARTIĠJANAT

PR144
Date Icon 04/02/2003
"L-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar huwal-impenn tal-Gvern li jtejjeb is-servizz li qed joffri lil min huwa żgħir fin-negozju. Permezz ta' l-istess Charter, l-Unjoni Ewropea timpenja lill-Gvern biex jara li fil-pajjiż ikun hawn nies tas-sengħa u li dawn ikunu mgħejjuna jaħdmu fl-aħjar ċirkustanzi possibbli. Għal dan il-għan, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat fassal 32 inizjattiva. Dan ifisser li għal din is-sena l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandu 32 objettiv x’jilħaq."
Dan qalu l-Onor Edwin Vassallo, s-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, f’konferenza stampa dwar il-Pjan ta’ Ħidma li nieda l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. Għal din il-preżentazzjoni li saret fil-Kavallier ta’ San Gakbu fil-Belt Valletta kien hemm preżenti wkoll uffiċjali mill-kumitat eżekuttiv ta' l-istess Kunsill Malti għall-Artiġjanat, uffiċjali mill-European Information Center kif ukoll mill-Institute for the promotion of SmallEnterprise.
Edwin Vassallo tkellem dwar kif sa llum hemm 'il fuqminn 1000 Artiġjan u Imprenditur irreġistrati mal-Kunsill. Huwa ta ħarsa lejn l-aħħar sena ta’ ħidma tal-Kunsill u semma l-pubblikazzjoni tad-Direttorju ta’ dawk kollha li huma rreġistrati kemm f’forma ta’ ktejjeb kif ukoll fuq il-verżjoni elettronika fil-web site tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Din il-ħidma qed tgħin biex l-Artiġjani Maltin u Għawdxin ikunu iżjed magħrufa.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Gvernjemmen li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni ta’ dan iċ-Charter, ser ikollna ambjent aħjar għal min qiegħed fin–negozju. L-Unjoni Ewropea hija favur l-interessi ta' l-istess imprendituri żgħar għax ’il fuq minn 95% tas-settur kummerċjali fl-Unjoni Ewropea huwa magħmul minn negozji li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies. B’hekk hemm impenn sħiħ li l-objettivi taċ-Charter ikunu milħuqa minn kull pajjiż membru jew applikant.
Ħarsa qasira lejn l-inizjattivi fil-programm ta’ħidma tindika l-impenn tal-Gvern li permezz tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, l-artiġjanat f’pajjiżna jkun aktar apprezzat u mibjugħ.

Prinċipji

  • Konsultazzjoni ma’ l-Awtoritajiet u l-Kunsilli.
  • Jitwaqqaf kumitat għall-Kunsill ta’ l-Artiġjanat b’rappreżentanza ta’ membri Għawdxin.
  • Eżerċizzju ta’ konsultazzjoni kontinwa pubblika ma' l-istess settur.
  • Wirjiet ta’ artiġjanat fil-komunita'.
  • Premju għall-artiġjanat fil-komunita'.
  • Fiera ta’ l-Artiġjanat u fieri oħra ta’ l-artiġjanat fuq setturi differenti.

Edukazzjoni u Taħriġ għall-Imprenditorija

  • Taħriġ fl-Imprenditorija
  • Konsultazzjoni ma’ l-Universita' ta’ Malta.
  • Proġett ma’ l-MCAST

Mezz irħas u eħfef biex jgħin in-negozji jibdew jaħdmu.

  • Incubation Centre f’Ta Qali.
  • Żieda ta’ Spazji Industrijali għall-artiġjani.

Liġijiet u regolamenti aħjar.

  • Innaqqsu l-burokrazija
  • Ikunu identifikati u ssimplifikati proċeduri burokratiċi
  • Eżentazzjoni mir-regolamenti

Irid ikun hemm nies tas-Sengħa.

  • Ġimgħa ta’ attivitajiet fi skejjel, Universitajiet u Kulleġġi
  • Parteċipazzjoni fil-Careers Convention
  • Programmi fuq it-televiżjoni dwar l-artiġjan Malti.

Intejbu l-Aċċess Permezz ta’ l-Internet.

  • Reġistazzjoni on-line
  • Titjib fil-web-site tal-kunsill.
  • Titjib fl-aċċess għall-internet.

Aktar minn suq wieħed.

  • Swieq ġodda għall-prodotti artiġjanali bil-għajnuna tal-EIC.

Inizjattivi rigward it-taxxi u dawk finanzjarji.

  • Swieq ġodda bil-għajnuna ta’ fondi għall-esportazzjoni.
  • Wirjiet ta’ Artiġjanat Malti f’pajjiżi barranin.
  • Parteċipazzjoni fi programmi Ewropej.
  • Standards għal manifattura tal-bizzilla u tal-filogranu.

Insaħħu l-Kapaċitajiet Teknoloġiċi ta’ l-intrapriżi żgħar.

  • Titjib ta’ oqsma industrijali li ma humiex ta' l-MDC.
  • Parteċipazzjoni fil-fiera Internazzjonali ta’ Malta.
  • Jitkompla l-proġett tal-bini tal-Villaġġ Artiġjanali f’Ta' Qali.
  • Fieri speċjalizzati
  • Parteċipazzjoni fis-6th Framework Programm ta’ l-Unjoni Ewropea.

Mudelli ta’ Kummerċ Elettroniku li rnexxa u nkoraġġiment għall-użu ta’ l-għola livell favur in-negozji żgħar.

  • Suq Virtwali ta’ prodotti artiġjanali.

Niżviluppaw rappreżentanza aktar b’saħħitha w effettiva ta’ l-Intrapriżi żgħar f’livellta’ Unjoni u Nazzjonali.

  • Strutturi aktar adattati biex jirrapreżentaw lil setturi differenti ta’ l-artiġjani.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm il-preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma għas-Sena 2003 tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat billi saħaq li dawn l-inizjattivi huma mistennija li jgħinu lill-artiġjani jaħdmu aħjar u jkunu aktar stmati u rikonoxxuti għas-sengħa li għandhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow