Diskors mill-Onor. Dr Tonio Borg, Ministru TA’ l-Intern u l-Ambjent, waqt l-inawgurazzjoni ta’ VETTURI GODDA TAL-PULIZIJA U SPEZZJONI TA’ PROGETTI TA’ RESTAWR F’ZEWG GHASES
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li ghandi din l-opportunità biex nitkellem maghkom f’din l-okkazjoni importanti. Okkazjoni li qed tipprovdilna opportunità ohra biex inkunu nafu bil-kisbiet li qed jaghmel il-Korp tal-Pulizija.
Matul l-ahhar snin, il-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll ir-riforma fil-ligijiet li huma relatati max-xoghol taghhom, kienu dejjem fuq quddiem nett ta’ l-agenda politika.
Tajjeb li nsemmu llum, li qed ninawguraw dawn il-vetturi godda, li matul din is-sena li se tispicca, il-Gvern nefaq is-somma ta’ aktar minn mija u hamsin elf lira (Lm151, 418) fuq vetturi, muturi u anke zwiemel ghat-taqsima tal-Kavallerija – taqsima li dan l-ahhar ukoll sarilha xoghol ta’ restawr u tisbieh.
Sar ukoll investiment qawwi fl-ahhar snin, biex il-Pulizija tkun mghammra kif jixraq fit-teknologija ta’ l-informatika. Giet installata sistema ta’ komunikazzjoni gdida fil-control room, sistema ta’ tracking tal-flotta tal-korp, makna tal-qari tal-marki tas-swaba b’mod awtomatiku, investiment qawwi f’xiri ta’ computers godda, security cameras f’postijiet strategici u s-Schengen Information System.
Inbena wkoll kumpless amministrattiv gdid, biex b’hekk kull taqsima specjalizzata tal-Pulizija ghandha post decenti minn fejn tkun tista’ topera. U beda programm ta’ modernizzar ta’ l-ghases, biex il-pulizija ‘tad-distrett’ ikollu post aktar xieraq fejn jahdem u biex in-nies li jirrikorru fl-ghases isibu post li jilqaghhom aktar.
Il-piz tax-xoghol tal-Pulizija zdied ukoll fl-ahhar snin. Il-kriminalità organizzata li ghandha r-ramifikazzjonijiet taghha fit-traffikar tad-droga, tal-persuni, uzura, hasil tal-flus u l-bqija, qed issir dejjem aktar organizzata.
Kien ghalhekk li l-Gvern dejjem ghamel l-almu tieghu biex isahhah il-Korp halli jilqa’ ghal dawn il-forom godda ta’ kriminalità. L-aktar pass ovvju kien li nzidu l-membri tal-Korp tal-Pulizija bl-ingagg ta’ rekluti kwalifikati. Matul l-ahhar erba’ snin dahlu 235 Pulizija gdid. Tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Pulizija billi zidna l-pagi, is-sahra u l-allowances taghhom.
Dahhalna fis-sehh il-Ligi dwar is-Servizzi ta’ Sigurtà u llum kulhadd jaqbel li s-Servizz ta’ Sigurtà kien u ghadu qed ikun strumentali fis-successi tal-Pulizija li qed ikissru cirku wara iehor ta’ traffikar ta’droga u forom ohra ta’ kriminalità organizzata.
Ma’ dan kollu zidna l-impenn fil-qasam legali. Ghamilna riforma mill-qiegh tal-Kodici Kriminali li permezz taghha tajna drittijiet godda lill-vittmi ta’ reati, li jistghu, ghall-ewwel darba jkunu prezenti ghall-proceduri kirminali kollha konnessi mal-kaz taghhom, u jkunu assistiti minn avukat. Introducejna reati godda bhal kongura, l-uzura, il-mibgheda razzjali, it-traffikar tal-persuni, u li tkun membru ta’ assocjazzjoni kriminali; u zidna wkoll il-pieni fil-kazijiet ta’ frodi, serq fuq l-anzjani, mewt ikkawzati minn incidenti tat-traffiku u wessajna wkoll il-lista ta’ reati konnessi ma’ hasil tal-flus.
Fassalna ligi gdida tal-Pulizija li se tipprovdi ghat-twaqqif ta’ Bord tan-Negozjati tal-Pulizija – minkejja li Pulizija m’ghandux dritt jidhol f’union, kif ukoll Bord tal-Pulizija li se jkun qed jezamina r-relazzjoni bejn il-Korp u l-pubbliku u jservi ta’ Ombudsman ghall-Korp.
Dan kollu sar permezz ta’ djalogu genwin u kontinwu mal-Pulizija u hdimna id f’id maghhom biex immexxu dawn ir-riformi ’l quddiem.
Ix-xoghol tal-Pulizija m’huwiex semplicement impjieg imma sejha. Nammira u nirringrazzja lill-Pulzija ghar-rieda u d-determinazzjoni taghhom li jservu u jipprotegu lic-cittadini ta’ dan il-pajjiz minghajr biza’ u favuri. Dawn huma l-valuri centrali li nghozzu fil-Korp tal-Pulizija u li nittama li jkunu d-dawl li jiggwidahom fiz-zmien li gej.
Other Press Releases:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930