Ftuh ta’ staBbilimenti kummercjali ghal zmien il-Milied
Is-Segretarjat Parlamentari ta' l-Onor. Edwin Vassallo, jinforma li b’effett mill-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru 2002, il-bejgħ minn kull stabbiliment kummerċjali li għandu liċenzja tan-negozju, jista' jsir kull jum, inkluż il-Ħadd sa' l-10.00 p.m. minn kull lokalita' f’Malta u Għawdex.
B’riżultat ta’ eżerċizzju ta’ tnaqqis ta’ burokrazija wasalna biex ikollna leġiżlazzjoni aktar ċara dwar il-ħinijiet tan-negozju. Minn din il-liġi l-ġdida, joħroġ ċar li kull negozju liċenzjat issa jista' jiftaħ biex ibiegħ kull jum mill-1 ta' Diċembru sas-7 ta' Jannar, 2003; inkluż il-Ħdud u jista' jibqa' miftuħ sa l-10.00 p.m.
Din is-simplifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni saret biex tkun tista' tiffaċilita u tgħin halli f’dawn il-ġranet ta’ festi, l-konsumatur ikun jista' jinqeda aħjar, filwaqt li tal-ħwienet u stabbilimenti kummerċjali jkunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom bla xkiel u l-kummerċ ikun jista' jibqa' jsir.
Other Press Releases:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930