Left arrow Go Back

Iffirmat ftehim ghat-tmexxija tad-Dar ta' l-Anzjani taz-Zejtun

PR0638
Date Icon 09/04/1998

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, dalghodu ffirma kuntratt gdid, fejn awtorizza lill-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (FMS) li jiffirmaw ftehim mal-Health Care Services Ltd ghat-tmexxija tad-Dar ta' l-Anzjani taz-Zejtun sabiex il-Fondazzjoni tkun responsabbli li tara li l-kuntratt jigi segwit u taghmel ukoll supervizjoni f'din id-dar.

Sussegwentement, l-FMS iffirmaw kuntratt mal-Health Care Services Ltd ghat-tmexxija tad-dar ta' l-anzjani taz-Zejtun.

Minnbarra l-Ministru Michael Farrugia, bhala Ministru responsabbli ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, kien hemm ukoll is-Sur Emmanuel Attard f'isem l-FMS u s-Sur Nazzareno Vassallo f'isem il-kumpanija Health Care Services Ltd.

Ghall-ewwel darba l-kuntratt ghat-tmexxija tad-Dar taz-Zejtun inghata wara sejha ghall-offerti li hareg mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Awissu tal-1997. Il-kuntratt intrebah mill-Health Care Services Ltd.

Wara li ffirmaw il-kuntratt il-Ministru Michael Farrugia qal li kuntratt bhal dan juri l-fiducja li ghandu l-Gvern fis-settur privat u jawgura li jkun hemm okkazjonijiet ohra fejn is-settur privat jkun jista' jahdem id f'id mal-Gvern f'kuntratti simili.

Is-Sur Emmanuel Attard qal li l-FMS jassigura u jidhol ghall-impenn li jara li kollox jimxi sewwa fuq linja moderna ghall-gid tac-cittadini li juzaw dawn is-servizzi.

Is-Sur Nazzarena Vassallo f'isem il-kumanija Health Care Services Ltd, wieghed li jibqa' jaghti servizz u support fejn jirrigwardjaw l-anzjani. Huwa qal li r-rizultat ta' dan intwera meta l-kumpanija hadet il-'Quality in People Award' ghas-servizzi li hija taghti lill-anzjani. Is-Sur Vassallo awgura wkoll li jkun hemm aktar kuntratti simili offruti ghas-servizz privat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow