Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jzur Wirjiet Artistici tal-Gimgha Mqaddsa

PR0635
Date Icon 09/04/1998

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant zar tliet wirjiet artistici, li jfakkru l-grajjiet tal-Gimgha Mqaddsa. Il-Prim Ministru zar Mejda tal-Appostli u mudell ta' Gerusalemm, fil-lokal tat-Talent Zebbugi, il-waqtiet ewlenin tal-Passjoni ta' Kristu, fil-Kazin tal-Banda San Filep u wirja ohra mnebbha mill-istess grajjiet, fil-Kazin ta' San Guzepp u l-Banda De Rohan, kollha f'Haz Zebbug.

Il-Prim Ministru gie mdawwar ma' dawn l-esebizzjonijiet mill-Kumitati rispettivi ta' dawn is-socjetajiet u ltaqa' mal-membri inkarigati minn dawn il-wirjiet. Dr. Sant fahhar l-impenn ta' dawn is-socjetajiet li jaghtu sfog liz-zghazagh u lic-cittadini biex fil-hin liberu taghhom itellghu xoghlijiet ta' bixra artistika. Il-Prim Ministru sahaq fuq is-siwi li ghandhom dawn l-ghaqdiet ghall-inizjattivi posittivi li jiehdu fil-qasam kulturali li jigbdu lejhom liz-zghazagh u b'hekk ikollhom fejn iqattghu l-hin liberu taghhom fi hwejjeg ta' gid ghalihom u ghas-socjeta`.

Il-vari tal-Gimgha l-Kbira jaghmlu sehem ewlieni mill-folklor Malti. Jixdhu sekli shah tas-snajja` kollha marbutin max-xoghol ta' l-injam, tal-kartapesta u ta' l-irqaqat kollha li jidhlu fit-tiswir tax-xbihat figurattivi. Din il-hidma tradizzjonali dan l-ahhar hadet spinta 'l quddiem billi qed joghla l-livell ta' l-apprezzament fost il-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow