Left arrow Go Back

Kors ghall-haddiema tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar abbuz ta' droga u alkohol

PR0632
Date Icon 09/04/1998

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd flimkien ma' l-Agenzija Sedqa qed jorganizza kors ta' taghrif fuq l-abbuz minn sustanzi perikoluzi u alkohol imsejjah S.A.F.E. (Substance Abuse Free Employees Programme) ghall-impjegati kollha tieghu.

Dan bil-ghan li l-haddiema jiffamiljarizzaw ruhhom ma' din il-problema, il-konsegwenzi taghha u kif igibu ruhhom ma' min hu mirkub minn dawn il-vizzji.

L-abbuz minn drogi u alkohol hija pjaga serja hafna fis-socjetĂ  moderna ta' pajjizna.

Is-soluzzjoni ma tinstabx billi wiehed jaghlaq ghajnejh u jippretendi li din il-problema ma tezistix jew li ma tista' qatt tolqot lilu. Dan jista' jsehh mhux biss billi l-problema tmiss lill-individwu personalment, izda jista' jigri li din tmiss lill-familjari tieghu jew kollegi tax-xoghol.

F'intervent fi tmiem l-ewwel kors ta' sensiela ta' laqghat il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia tkellem dwar l-importanza li l-haddiema jkunu aktar sensittivi ghall-problemi tad-droga u l-alkohol.

B'dan l-impenn, temm jghid il-Ministru, il-haddiema flimkien ma' l-ghaqdiet volontarji u l-Gvern ikunu qed jeghlbu l-intolleranza u n-nuqqas ta' taghrif li jezisti fost is-socjetĂ  Maltija f'dan ir-rigward.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow