Left arrow Go Back

Ghotja ta' Vettura u Fire Engine ghat-tifi tan-nar fl-ghelieqi u f'zoni rurali

PR0627
Date Icon 08/04/1998

Il-koperazzjoni bejn il-Gvern Malti, ghaqdiet tal-volontarjat lokali u barranin, favur il-harsien tal-kampanja, kull ma jmur qed ihallu rizultati pozittivi.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta llum ircieva ghotja ta' fire-engine u van, minghand is-socjetà Germaniza, F.E.E. ta' Minden.

Huwa qal illi l-fire engine ser tintuza fuq xoghol ta' prevenzjoni ta' hruq tal-ghelieqi f'Ghajn Tuffieha, il-Bahrija, il-Kuncizzjoni u l-Imtahleb u l-inhawi ta' madwar, filwaqt li l-van se jigi wzat ghall-progett tal-Hands on Farming biex jaqdi ahjar il-htigijiet li jkollhom l-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji li jattendu dan il-progett innovattiv.

Il-Ministru Farrugia gharraf lir-rapprezentanti tas-socjetà Germaniza bil-progett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgha li qed jissokta bih il-Ministeru tal-Biedja u Sajd. Huwa zied jghid li dawn il-vetturi ser ikunu strumentali biex jipprotegu xi hruq kawzat f'dan il-Wied.

Il-Ministru fiehem ukoll ir-rwol tas-sezzjoni gdida tal-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment tal-Biedja, lill-rapprezentanti tas-socjetà Germaniza. Huwa qal li fil-prezent, din is-sezzjoni qed tirrakkomanda li l-bdiewa part-timers ikabbru sigar tad-dwieli halli permezz taghhom jipproducu l-gheneb ghall-ghasir.

B'din id-direzzjoni, ikun previst li fil-futur ma jigux abbandunati ucuh shah ta' raba' u minflok jigu reklamati biex jirrendu ghall-beneficcju tal-bdiewa part-timers u ghall-industrija lokali ta' l-inbid. B'rizultat ta' dan, f'pajjizna tizdied id-diversifikazzjoni ta' prodotti tal-biedja u jissebah aktar l-ambjent rurali tal-Gzejjer Maltin.

Il-Ministru Noel Farrugia, fil-prezenza ta' l-Ambaxxatur tal-Germanja f'Malta, l-E.T. Gerhard Kunz, irringrazzja lir-rapprezentanti ta' din is-socjetà Germaniza, l-F.E.E. ta' Minden, u awguralhom sabiex flimkien mal-ghaqdiet Maltin ikomplu jahdmu ghall-interessi reciproci.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow