Left arrow Go Back

Implimentazzjoni tal-ligi ghall-Harsien tal-Hitan tas-Sejjieh

PR0626
Date Icon 08/04/1998

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent bi pjacir jinnota li l-ewwel fazi ta' implimentazzjoni tal-Ligi li thares il-Hitan tas-Sejjieh u Strutturi Rurali, liema Ligi dahlet fis-sehh mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena, giet milqghuha tajjeb u l-bicca l-kbira tal-bdiewa u sidien ta' ucuh tar-raba nehhew minn rajhom it-tankijiet u materjal iehor li kien qieghed ikerrah il-pajsagg ta' madwar.

Ghaldaqstant, il-Ministeru hass il-bzonn li jindirizza certi problemi li jista' jkun li jezistu. L-aktar wahda evidenti hija x'jista' jsir mit-tankijiet li l-bdiewa nehhew minn fuq il-hitan taghhom u x'rimedju addotta l-Gvern biex kull inkonvenjent jigi eliminat.

Fil-fatt, matul dawn l-ahhar gimghat, gie deciz li ma' l-avviz li qed jitwahhal fuq siti fejn ghad hemm materjal mhux accettabli, tizdied ukoll informazzjoni li tigwida lis-sidien ikkoncernati fejn jistghu jirrikorru ghall-ghajnuna. Ghalhekk sar arrangament mal-Kunsilli Lokali biex dawn jidentifikaw gurnata meta kull min ghandu t-tankijiet jista' jiddisponi minnhom fil-post kif indikat mill-istess Kunsill, halli mbaghad dawn jittiehdu minn kuntrattur imqabbad apposta biex jipprocessa l-materjal kif mixtieq. Sadanittant, kull min jixtieq jikkuntattja lill-kuntrattur direttament jista' jaghmel dan fuq in-numru tat-telefon: 667855 jew Fax: 435287.

Ta' min wiehed jaghmilha cara li jekk dan l-avviz, bl-informazzjoni msemmija jigu njorati mis-sidien innotifikati, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent izomm id-dritt li johrog Avviz Legali fejn jinforma lis-sid li jekk ikompli jinjora l-avviz precedenti, it-tankijiet u materjal iehor jitnehhew mill-Awtoritajiet ikkoncernati bi spejjez tieghu.

Dan qed jinghad fid-dawl ta' xi eventwalita' remota ta' nuqqas persistenti ta' koperazzjoni ma' l-awtoritajiet, liema kaz s'issa ghadu ma giex irregistrat. Fl-ahhar il-Ministeru jawgura li f'qasir zmien il-pajsagg Malti jkun imnaddaf minn kull materjal li jista' jkerrhu biex b'hekk nergghu nkunu nistghu ngawdu ambjent ahjar milli wiehed kien issib li kieku dawn l-istrutturi u hitan tas-sejjieh baqghu ma jkunux imharsa kif xieraq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow