Il-Ministru Michael Farrugia ihabbar kompetizzjoni ghal min jieqaf mit-tipjip
Bhala parti mill-Jum Dinji tas-Sahha, id-Dipartiment tal-Prevenzjoni tas-Sahha, nieda l-kampanja 'Ieqaf u Irbah'. Din il-kampanja hija mmirata lejn dawk ic-cittadini Maltin u Ghawdxin maqbudin bil-vizzju tat-tipjip.
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr Michael Farrugia qal li kemm il-Ministeru, kif ukoll id-dipartiment, iridu li jipromwovu kull tip ta' promozzjoni relatata mas-settur tas-sahha ngenerali.
Din il-kampanja qed tkun imnedija sabiex taghmel kuragg lil dawk li jpejpu sabiex jieqfu. Minbarra din il-kampanja id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha ghandu s-Smoking Cessation Clinics u d-dipartiment lest li jofri kull ghajnuna lil dawk id-dipartimenti governattivi u kumpaniji privati sabiex jghinu lill-haddiema taghhhom jieqfu mit-tipjip. Hawnhekk il-Ministru Michael Farrugia fahhar il-kumpanija SGS li hija kumpanija li ma tistax tpejjep fiha.
Il-Ministru Farrugia semma li se tigi mnedija kampanja biex f'ristoranti f'Malta u Ghawdex se jkun hemm postijiet fejn ma jsirx tipjip fihom jew inkella f'parti minnhom. Ghal dan il-ghan dalwaqt jigi ppubblikat ktejjeb li se jkun fih lista ta' dawn ir-ristoranti.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din il-kampanja ghandha messagg u minflok is-soltu slogan 'Tpejjipx ghax Hazin' il-messagg li qed inwasslu huwa wiehed pro-socjali jekk ma tpejjipx. Il-pajjiz jonfoq eluf kbar ta' liri ghall-kura tac-cittadini minhabba l-mard kawzat mit-tipjip.
Il-Ministru Farrugia qal li meta l-Gvern izid it-taxxi fuq is-sigaretti, jkun qieghed izid dan mhux minhabba dhul finanzjarju, izda sabiex ikun konformi mal-gwida li taghti l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO). Fl-okkazzjonijiet precedenti ta' Quit & Win, Malta kienet minn ta' quddiem fin-numru ta' dawk li fil-fatt hadu sehem fil-kompetizzjoni.
Regolamenti tal-Kompetizzjoni
Dawk kollha li ghandom 18-il sena jew aktar u ghal din l-ahhar sena kienu jpejpu, jistghu jippartecipaw fl-lotterija b'xejn. Kull m'ghandhom jaghmlu hu illi jieqfu milli jpejpu ghal mill-inqas erba' gimghat.
Il-partecipanti jridu jkollhom zewg persuni adulti bhala xhieda. Dawn iridu jiddikjaraw li ilhom jafu l-partecipant mill-anqas sena u jkunu lesti li jaraw li dan ta' l-ahhar ma jpejjipx ghaz-zmien stipulat.
Bhala l-ewwel premju hemm vaganza b'xejn ghal tnejn ghal Tunez (it-titjira kif ukoll l-ispejjez kollha tal-lukanda kollha mhallsa). Bhala premji ta' konsolazzjoni nsibu weekend ghall-koppja, b'uzu tal-facilitajiet kemm sportivi kif ukoll ta' mistrieh kollha b'xejn fil-lukanda Corinthia Marina. Jistghu jintrebhu wkoll zewg passaggi bl-ajru ghal Cipru kif ukoll ikla ghal tnejn fir-Restorant Fra Martino tas-San Gorg Hotel. Ir-rebbieh jippartecipa awtomatikament fl-otterija bi premju eccezzjonali ta' US$10,000.
Il-hames rebbieha li jitilghu fl-1 ta' Gunju, l-ghada tal-Jum Dinji Bla Tipjip, jigu ttestjati biex jivverifikaw jekk dawn waqfux verament milli jpejpu. F'kaz li rebbieh jinstab li mhux veru waqaf mit-tipjip kompletament fiz-zmien imsemmi, dan jigi skwalifikat u minfloku jintghazel partecipant ta' riserva. Din il-procedura tibqa' sejra sakemm jigu kkonfermati l-hames rebbieha.
Din il-kampanja hija sponsorjata principaljament mill-Corinthia Hotels International u Pharmacia & Upjohn. Sponsors ohra jinkludu l-Air Malta.
Hemm madwar 52 pajjiz li fl-istess zmien qed jiehdu sehem f'din il-kompetizzjoni Ieqaf u Irbah'98. Dawn kollha qed jahdmu b'kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha, Tobacco or Health Programme u l-Country-wide Integrated Non-communicable Disease Intervention Programme (CINDI) u qed jigi kkordinat mill-Finnish Centre for Health Promotion and National Public Health Institute.
Ghal aktar informazzjoni wiehed jista' jcempel id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha fuq numru tat-telefon 231246/7.
Other Press Releases:
PR261920
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261919