Left arrow Go Back

Imnedija Postcards biex jippromwovu sahhet il-Mara

PR0623
Date Icon 07/04/1998

Illum, 7 ta' April 1998, jahbat Jum Dinji tas-Sahha. F'diskors ta' l-okkazjoni l-Ministru tas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia qal li t-tema li ghazlet l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha hija 'Safe Motherhood'. Ghalhekk id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha wera x-xewqa li din is-sena Malta wkoll tkun qed taghmel promozzjoni ghas-sahha tal-mara Maltija u Ghawdxija. Illum gew imnedija tlett postcards bil-hsieb li jipromwovu sahhet il-mara. Dawn il-postcards ghandhom informazzjoni ta' nutrijenti li ghandha bzonn il-mara.

Il-Ministru Farrugia qal li din is-sena jahbat ukoll gheluq il-hamsin (50) sena mit-twaqqif tal-World Health Organisation (WHO). Il-mixja attiva li kellha l-Organizzazzjoni Dinjija favur is-sahha tista tghid li rrnexxiet f'hafna mill-kazijiet. Illum din l-ghaqda tista' tiftahar bil-pajjizi li helsu mill-marda qerrieda tal-gidri kif ukoll li hafna mill-pajjizi helsu mill-marda tal-polio.

F'Malta l-imwiet ta' trabi tat-twelid naqas sew u n-nies qed jghixu aktar. Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja flimkien mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha, illum qed jiehdu l-opportunita' sabiex flimkien mas-Segretarjat ghad-Drittijiet tan-Nisa jaghtu kemm jistghu nformazzjoni dwar sahhet il-mara. Id-dipartiment qed jaghti nformazzjoni dwar dieta u nutrijenti li tehtieg il-mara fit-tqala, kif ukoll sabiex ikollha tqala tajba u tarbija b'sahhitha.

Il-Ministru Michael Farrugia spjega li tqala mhix marda izda process fizjologiku fil-mara. Huwa qal li omm b'sahhitha hija ta' beneficcju ghal-uliedha u ghas-socjeta' in generali. Huwa qal ukoll li ghandu jkollna kemm jista' jkun ommijiet li jreddghu lit-trabi taghhom sabiex, dawn ikollhom bidu tajjeb f'hajjithom.

Il-Ministru Farrugia semma wkoll li fl-ahhar tas-sena d-diehla se jibda jigi mplimentat l-iscreaning ghall-kancer tas-sider. In-nisa li jkunu high risk se jigu screaned l-ewwel. Wara jista' jkun li l-screaning ikun estiz ghan-nisa kollha' 'l fuq minn certa eta', skond in-normi tal-WHO u tal-Unjoni Ewropea. Dan hu ghal kollox kontra dak li kien jinghad qabel li l-breast screaning mhux cost effective.

Il-Ministru Farrugia qal li f'nofs Mejju se tiltaqa' l-World Health Assembly fejn id-dokument Health For All for the 21st Century se jkun diskuss aktar fit-tul u fid-dettal.

Ghal dan il-launching kienet prezenti s-Sinjura Helena Dalli Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa. Il-kampanja dwar sahhet il-mara qieghda ssir bi shab bejn il-Ministeru u s-Segretarjat.

Is-Sinjura Dalli qalet li ghalkemm in-nisa jghixu aktar mill-irgiel dawn ikollhom aktar problemi ta' sahha, ghalhekk importanti dawn il-kampanji ta' informazzjoni li qed iniedi l-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja flimkien mas-Segretarjat tad-Drittijiet tan-Nisa. Meta n-nisa jkollhom l-informazzjoni jistghu jaghmlu ghazliet infurmati.

Aktar ma n-nisa jkunu jafu fuq sahhithom aktar jistghu jipprevjenu l-mard ghalihom u ghall-familja taghhom. B'hekk ikollna socjeta' aktar f'sahhitha.

Ghat-tnedija tal-postcards attendew ufficjali tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha li taw informazzjoni fuq in-nutrijenti li tinhtieq il-mara waqt it-tqala u wara t-tqala.

Il-postcards jistghu jinkisbu mill-Health Education Unit - 15 Triq il-Merkanti Valletta bejn it-8.30am u 2.30pm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow