Left arrow Go Back

L-Arti b'risq il-Fondazzjoni Eden

PR0621
Date Icon 07/04/1998

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo awgura li l-prezenza tal-Fondazzjoni Eden f'Ghawdex, flimkien ma' l-impenn ta' l-amministrazzjoni centrali tikkontribwixxi favur ambjent inqas diskriminatorju ghal persuni bi bzonnijiet specjali. Dr Refalo qal li l-bzonnijiet ta' dawn il-persuni huma kwistjoni ta' dinjita' u drittijiet u mhux ta' hniena. L-Onor Anton Refalo qal dan meta inawgura esibizzjoni ta' l-arti li l-Fondazzjoni Eden qed torganizza fir-Rabat, Ghawdex.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-Fondazzjoni se taghlaq erba' snin tahdem f'Ghawdex, filwaqt li esprima sodisfazzjon ghas-servizzi professjonali li toffri l-Organizzazzjoni. Huwa qal li s-servizzi tal-Fondazzjoni mhux biss imlew vojt fejn jidhlu servizzi professjonali ghal tfal b'dizabiltajiet mentali, imma l-prezenza ta' l-Eden f'Ghawdex toffri appogg morali tant mehtieg lill-familji ta' dawn it-tfal.

L-esibizzjoni li qed issir f'104, Triq ir-Repubblika, se tibqa' miftuha ghall-pubbliku sa l-20 ta' April u fiha qed jesebixxu artisti lokali u barranin. Parti mid-dhul mill-bejgh li jsir f'din l-esibizzjoni jmur ghall-Fondazzjoni Eden.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow