Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant jaghmel zjara lill-Forzi Armati ta' Malta

PR0620
Date Icon 07/04/1998

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum zar diversi Taqsimiet tal-Forzi Armati ta' Malta fil-gzejjer Maltin, fosthom l-Iskwadra Marittima, ir-ranges ta' Pembroke, il-barracks ta' Qortin f'Ghawdex u l-Iskwadra ta' l-Ajru f'Hal Luqa.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-process ta' modernizzazzjoni fl-Armata u qal li fix-xhur li gejjin l-Armata se tiffoka aktar fuq is-sigurta` tal-gzejjer Maltin. Il-Prim Ministru qal li l-moll ta' l-Iskwadra Marittima se jigi estiz biex jilqa' ghall-bzonnijiet tal-patrol boats tal-Forzi Armati. Dr. Sant qal li intwera interess kbir fil-Forza tar-Riserva l-gdida u qal li applikaw 160 guvni u tfajla ghal din it-Taqsima, minkejja li l-AFM kellha bzonn erbghin reklut. Il-Prim Ministru qal li se titwaqqaf assocjazzjoni biex tiehu hsieb l-interessi tas-suldati tal-Forzi Armati.

Fir-ranges ta' Pembroke saru manuvri militari mis-suldati tal-Forzi Armati u wkoll operazzjoni ta' suldati fil-konfront ta' nies suspettuzi. Il-Forzi Armati ta' Malta ghandhom tmien patrol boats li jissorveljaw l-ibhra Maltin kontra traffikar ta' droga u traffikar ta' immigranti illegali. Il-Forzi Armati ta' Malta ghandha wkoll hdax-il helicopter u hames ajruplani li wkoll jissorveljaw it-territorju tal-gzejjer Maltin u jaghmlu wkoll tiftix u hidma ta' salvatagg. Is-sena li ghaddiet din it-Taqsima salvat tletin persuna minn periklu li kienu fih.

Il-Forzi Armati ta' Malta ghandha 1,900 membru u sas-sena 2000 dan l-ghadd mistenni jitla' ghal 2,137.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow