Left arrow Go Back

Kampanja pubblika favur ir-restawr tat-Torri ta' Mgarr ix-Xini

PR0617
Date Icon 07/04/1998

F'attivita' kulturali li organizzat fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, l-Ghaqda Wirt Ghawdex nidiet kampanja pubblika favur ir-restawr tat-Torri ta' Mgarr ix-Xini, fil-limiti tax-Xewkija. F'messagg li baghat lill-Ghaqda ghal din l-okkazjoni, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li s-Segretarjat tieghu dejjem laqa' u appoggja mill-ahjar li seta' l-inizjattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi favur il-konservazzjoni ta' wirt storiku u kulturali.

Is-serata kienet tinkludi kuncert muzikali mill-Chorus Urbanus u sessjoni ta' informazzjoni dwar it-Torri ta' Imgarr ix-Xini mill-Perit Edward Xerri, li hejja rapport estensiv dwar il-kundizzjoni tat-Torri ghall-Ghaqda Wirt Ghawdex.

Fil-messagg tieghu, l-Onor Anton Refalo qal li l-bzonnijiet tal-wirt storiku f'Ghawdex huma hafna filwaqt li r-rizorsi huma limitati. Huwa qal li hija l-policy tas-Segretarjat tieghu li inizjattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi favur il-konservazzjoni tal-wirt storiku jigu nkoraggiti u mghejuna filwaqt li postijiet ewlenin, bhac-Cittadella, ghandhom programm kontinwu ta' restawr.

Dr Refalo qal li l-Ghaqda Wirt Ghawdex ukoll hija ezempju ta' din il-policy u ikkwalifikat ghal sentejn wara xulxin ghal ghajnuna finanzjarja fl-iskema ta' l-NGOs. Is-Segretarjat Parlamentari ihoss li inizjattivi favur il-harsien tal-patrimonju storiku u kulturali ghandhom ikunu appoggjati mill-ahjar li jista' fil-kuntest tar-rizorsi limitati ta' Ghawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow