L-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Grecja jipprezenta l-kredenzjali
L-Ambaxxatur il-gdid ta' Malta ghal Grecja, Henry C. de Gabriele, li huwa residenti f'Ruma, ipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President tal-Grecja, Costas Stephanopoulos, fit-13 ta' Marzu. Il-presentazzjoni saret fil-Palazz Presidenzjali f'Ateni. L-Ambaxxatur de Gabriele kien akkumpanjat mis-Sinjorina Vanessa Baldacchino Grima, First Secretary.
Waqt iz-zjara tieghu f'Ateni, l-Ambaxxatur de Gabriele kellu laqghat mal-President Stephanopoulos, mas-Segretarju Generali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Grieg, kif ukoll ma' ufficjali gholjin ohra tal-Gvern Grieg. Id-diskussjonijiet kienu jinkludu kooperazzjoni f'inizjattivi Mediterranji, u l-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali.
Fil-kors tal-laqgha mal-President Grieg huwa rrefera ghar-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, li matul l-ahhar 30 sena kienu eccellenti u ttama li dawn jissarrfu f'aktar kooperazzjoni f'oqsma varji fil-futur.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911