Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali

PR0436
Date Icon 10/03/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli qal li l-Ministeru tieghu permezz tad-Dipartiment ghall-Kunsilli Lokali qieghed ihejji mizuri biex jitrazznu kull forma ta' abbuzi specjalment fl-operat finanzjarju tal-Kunsilli Lokali. Il-Ministru qal dan waqt programm fuq stazzjon tar-radju lokali dan l-ahhar.

Il-Ministru kien qieghed jitkellem dwar dawk il-Kunsilli li spiccaw is-sena finanzjarja taghhom bi zbilanc. Huwa qal li huwa minnu li skond ir-rapport ta' l-awdituri tal-Gvern lokali numru zghir ta' Kunsilli kellhom sitwazzjoni fejn irregistraw zbilanc bejn id-dhul u l-hrug kollu dovut. Huwa qal li l-ligi titkellem car li dan ma jistax isir u tippermettih biss bl-approvazzjoni tal-Ministru wara talba bil-miktub minnhom.

Il-Ministru qal ukoll li huwa zball kbir li partit politiku jipprezenta l-listi tieghu ta' kandidati ghall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u kompla jghid li dan iservi biss biex ihawwad l-imhuh u jimmina d-demokrazija.

Is-Sur Portelli qal li l-eletturi ghandhom jivvutaw ghal dawk il-kandidati li m'humiex marbuta ma xi karru politiku ghaliex b'hekk biss ikunu jikkonfermaw bil-fatti li l-politika partiggjana ghandha tithalla barra mill-gvern lokali. Huwa qal li kien ikun idejali li kieku l-votanti ma kienx ikollhom bzonn jaghzlu bejn kandidati ta' partit u dawk indipendenti. "Zgur li l-klima elettorali kienet tkun aktar serena u anke l-Kunsilli li jinhatru jkunu jistghu jahdmu f'atmosfera kalma u fejjieda", qal il-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow