Left arrow Go Back

Impenji tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-sur Alfred Portelli

PR0433
Date Icon 10/03/1998

Jinawgura Triq f'Marsaxlokk

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, nhar is-Sibt li ghadda inawgura mill-gdid Triq Santa Katerina, f'Marsaxlokk. Din it-triq f'dawn l-ahhar xhur inghatat dehra gdida permezz ta' kisi bl-asfalt. Dan il-progett twettaq mill-Kunsill tal-lokal li ha hsieb ukoll li jirranga l-bankini u anke sebbahha bi hwat ghall-pjanti u fanali godda.

Il-Ministru filwaqt li ferah lill-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk qal li dan kien progett ambizzjuz peress li kien jinvolvi kisi ta' 365 metru ta' toroq, li jinkludu parti minn Triq Tas-Silg, b'nefqa totali ta' Lm70,000. Huwa qal li Lm61,000 mis-somma totali nhargu mill-Gvern Centrali. Huwa qal li dan il-progett jaghmel parti mill-progetti ta' tisbieh li se jsehhu f'Marsaxlokk stess u anke f'Wied il Ghajn u Birzebbuga.

Jinawgura gnien f'Hal Qormi

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, nhar il-Hadd inawgura mill-gdid il-gnien ta' Vjal De La Cruz, f'Hal Qormi, progett li twettaq mill-Kunsill Lokali tal-lokal u li gie jqum mad-Lm90,000. Huwa qal li dan il-gnien kien infetah fis-snin sebghin u f'dawn l-ahhar snin kien thalla mitluq u abbandunat, bir-rizultat li fih bdew isiru hafna abbuzi konnessi mal-vizzju tad-drogi.

F'dan il-gnien, barra li saret riklamazzjoni ta' art b'hamrija, pjanti u sigar, il-Kunsill ha hsieb ukoll li jibni Teatru Grieg u anke playing field. Il-Ministru appella lill-Qriema biex juzaw dan il-gnien ghax b'hekk ikunu jassiguraw li jinzamm fi stat tajjeb u uzat ghal rikreazzjoni tajba.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow