L-Ambaxxatur Ciniz jaghmel zjara ta' kortesija lill-Agent Prim Ministru Dr. George W. Vella
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina ghal Malta, Mr Zu Qinshun, ghamel zjara ta' kortesija lill-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent l-Onor. George W. Vella fl-ufficcju tieghu, f'Palazzo Parisio, il-Belt Valletta.
L-Ambaxxatur Ciniz li se jipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President esprima t-tama li matul il-hidma tieghu jkomplu fuq ix-xoghol siewi tal-predecessuri tieghu biex ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi jkomplu jissahhu. F'dan il-kuntest, l-Ambaxxatur ghamel referenza ghaz-zjara li l-Vici Prim Ministru ghamel fic-Cina, kif ukoll iz-zjara ricenti tal-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ciniz f'Malta.
Min-naha tieghu t-Tabib Vella, waqt li awgura lill-Ambaxxatur Ciniz hidma siewja, stqarr li hu fiducjuz li l-hbiberija u l-koperazzjoni ezistenti bejn iz-zewg pajjizi se jkomplu jikbru ghall-beneficcju taz-zewg pajjizi.
Waqt il-laqgha gew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll is-sitwazzjoni internazzjonali.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911