Il-Ministru Michael Farrugia jiltaqa' mal-Kummissjoni "Centri tas-Sahha"
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia ltaqa' mal-Kummissjoni tac-Centri tas-Sahha.
Din il-kummissjoni hija maghmula minn rapprezentanti tal-Medical Association of Malta (MAM), General Workers Union (GWU), Union Haddiema Maghqudin (UHM), Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN), Malta Efficiency Unit (MEU), kif ukoll minn zewg diretturi mid-Dipartiment tas-Sahha u rapprezentant tal-Ministeru.
Din l-istruttura saret sabiex ix-xoghol u t-tibdil li jkollu bzonn isir ikun qieghed isir bi trasparenza u r-rapprezentanti tal-haddiema jkollhom sehem fihom.
F'din il-laqgha gie spjegat ir-rwol ta' din il-kummissjoni li trid tilhaq l-ghan li r-rizorsi umani jigu mqassma bl-ahjar mod possibbli, kemm ghall-gid ta' l-impjegati li jahdmu fic-centri tas-sahha, kif ukoll sabiex is-servizz f'dawn ic-centri jkun jista' jitjieb.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li s-servizzi ta' visti fid-djar bil-lejl bhalissa qieghed jiswa lill-gvern bejn Lm 14 u Lm20 kull vista, waqt li vista ghand it-tabib fic-centri tas-sahha tiswa bejn Lm3.27 u Lm8 l-wahda. Din is-sena gew ivvutati mhux anqas minn Lm3.45miljun lira u Lm150,000 f'voti kapitali.
Huwa qal ukoll li s-servizz tac-centri tas-sahha zgur jista' jigu utilizzat ahjar u sejra ssir kampanja edukattiva sabiex dawn is-servizzi jigu utilizzati ahjar. B'servizzi tajbin fic-centri tas-sahha, anke l-pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Emergenza tkun tista' tonqos b'tali mod li s-servizz ikun biss ghal-kazijiet ta' emergenza. Se jsir ukoll studju sabiex it-tobba jkunu qeghdin fuq il-post tax-xoghol f'hinijiet partikolari. B'hekk, jekk il-pazjent jerga' jmur ic-centru it-tieni darba fuq l-istess problema, ikun jista' jarah it-tabib li jkun rah l-ewwel darba.
Il-Ministru ghas-Sahha qal ukoll li bhalissa hemm 95 tabib impjegat fic-centri tas-sahha. Minnhom hemm 14 li qeghdin bil-parental leave u fuq leave fit-tul. Ghalkemm ikunu fuq il-compliment dawn it-tobba attwalment huma neqsin ghax is-servizz taghhom ma jkunx qieghed jintuza. Hemm ukoll 20 tabib fuq bazi part-time.
Dr Farrugia qal li ghaddej ukoll studju sabiex il-kummissjoni tara kif ix-xoghol ta' kitba mit-tobba jista' jonqos. Dan sejjer isir biex tkun tista' tinghata aktar attenzjoni lill-pazjent.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li c-centri tas-sahha jridu jsiru katina ma' servizzi ohrajn offruti fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-iSptar San Luqa. Qed jigi evalwat is-servizz tal-Anti-Coagulent Clinic (ACC) fl-iSptar sabiex, jekk hu possibbli, dan jigi offrut mic-centri tas-sahha.
Il-Ministru Farrugia fl-ahhar awgura lill-Kummissjoni tac-Centri tas-Sahha progress fix-xoghol taghha. L-ghan ahhari taghha irid ikun dak li ntejbu s-servizz tas-sahha ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911