Left arrow Go Back

Il-Kunsill Lokali tal-Furjana jipprezenta r-Rapport ta' hidma lill-Ministru Alfred Portelli

PR0387
Date Icon 05/03/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, appella lill-Kunsilli Lokali biex jiehdu l-ezempju tal-Kunsill Lokali tal-Furjana u jaghmlu stharrig tal-postijiet battala li ghandhom fil-lokalita' taghhom. Huwa qal li dawn il-Kunsilli ghandhom jidentifikaw lis-sidien ta' dawn il-postijiet battala u jhajruhom johorgu dawn il-postijiet ghall-bejgh. Il-Ministru qal li dan ikun pass utli hafna biex tittaffa l-problema akuta tal-housing.

Is-Sur Portelli ghamel dan l-appell dalghodu meta gie pprezentat bir-rapport ta' hidma ta' erba' snin tal-Kunsill Lokali tal-Furjana, mis-Sindku, is-Sur Publius Agius. Il-Ministru, filwaqt li ferah lill-Kunsill Lokali tal-Furjana ghall-hidma li wettaq f'dawn l-erba' snin li ghaddew, izzihom hajr ghall-koperazzjoni li dejjem urew u ghadhom juru fil-hidma li wettaq il-Ministeru ghad-Djar meta nieda l-progett pilota fil-Furjana. Huwa qal li x-xoghol fuq dan il-progett pilota ghadu sejjer.

Il-Ministru kompla jghid li kien frott ta' dan il-progett li xi sidien ta' proprjetĂ  fil-Furjana gew 'l quddiem u offrew li jbieghu l-proprjeta' taghhom lill-Awtorita' tad-Djar. Huwa qal li dan sehh ghaliex taw l-ghajnuna taghhom il-Kunsill Lokali tal-Furjana, il-Kappillan u anke l-Provincjal tal-Kapuccini. "Ta' dan jien inroddilhom hajr", temm il-Ministru.

Is-Sindku, filwaqt li pprezenta ir-rapport, qal li l-Kunsill ha hsieb biex dan ir-rapport jitqassam lic-cittadini Furjanizi biex jinghataw sodisfazzjon tal-hidma li twettqet ghal gid taghhom. Huwa qal li r-rapport huwa mimli ritratti li juru ahjar il-hidma li saret, kemm fl-oqsma li jaqghu taht il-Kunsill u anke ohrajn bhal Housing li m'humiex responsabbiltĂ  tal-Kunsill.

Huwa izza hajr lill-Ministru ghal mod ghaqli li hadem mal-Kunsill tal-Furjana u awguralu success fid-dikasteru gdid tieghu bhala Ministru tal-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, il-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo, is-Segretarju Personali, is-Sur Michael Micallef u Kunsillieri mill-Kunsill Lokali tal-Furjana, kienu wkoll prezenti ghal din l-okkazjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow