Videos li jippromwovu s-sahha
"Din is-sena jahbat il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-WHO u d-Dipartiment tal-Promozzjoni ghas-Sahha f'Malta haseb biex ahna wkoll niccelebraw din is-sena b'diversi progetti. Wahda minn dawn il-programmi huwa sensiela ta' 13 - il programm ta' 7 minuti kull wiehed li se jibdew jixxandru fuq Television Malta minn nhar il-Hadd."
Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia waqt konferenza li ta lil media rigward dawn il-videos.
Il-Ministru qal li dawn il-programmi se jkunu mmirati:
- Sabiex ic-cittadini Maltin u Ghawdxin ikunu infurmati sew rigward is-servizzi
- Ic-cittadini jkollhom informazzjoni dwar l-uzu tajjeb tas-servizzi.
- Sabiex ic-cittadini ma jabbuzawx mis-servizzi offruti b'xejn.
- Informazzjoni generali rigward sahha u prevenzjoni ta' mard.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li l-videos hadem fihom l-attur wiehed Tony Cassar Darien waqt li lehen in-narratur huwa ta' Charles Abela Mizzi. Il-parti kbira tal-videos juru problemi rejali li niltaqghu maghhom kuljum. Huwa rringrazzja lill-Public Broadcasting Services (PBS) ghaliex dawn accettaw li juru dawn il-filmati fuq Television Malta minghajr hlas. Super 1 TV, TV PN, Smash TV kif ukoll l-Education Channel ukoll saretilhom talba sabiex jintwerew dawn il-filmati.
Fost dawn Smash TV diga accetta t-talba u wara l-PBS, Smash se jkun jista' juza dawn il-filmati b'xejn fuq l-istazzjon tieghu. Il-Ministru Michael Farrugia enfasizza l-fatt li dawn il-videos mhumiex politicizzati izda huma videos ta' taghlim.
Fl-ahhar huwa pprezenta l-ewwel video lis-sur Albert Marshall, General Manager ta' PBS u rringrazzjah tal-koperazzjoni mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha.
Prezenti ghal din il-konferenza kien hemm is-Sur Godfrey Xuereb, ufficjal inkarigat mid-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911