Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani jzur l-M.M.D.N.A.
Dr. Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari æall-Anzjani æamel újara lill-MMDNA (The Malta Memorial District Nursing Assosciation) fejn iltaqa' mad-Direttur, il-Maííur Maurice Agius, parteðipanti minn kors qasir rigward il-íerontoloíija organizzat mill-INIA u staff mill-istess assoðjazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari emfasizza fuq il-fatt li l-anzjani kemm jista' jkun æandhom jinæataw il-kura fid-dar taæhhom stess u æandhom jieódu ósiebhom il-familjari sa fejn hu possibli. L-Istat joffri diversi servizzi li jinkoraííixxu lill-familji biex iúommu lill-anzjani taæhom id-dar.
Hemm is-servizz tal-homehelp, fejn numru ta' Assistenti Socjali Kazwali jmorru æand l-anzjani u jæinuhom fil-búonnijiet taæhom. Dan is-servizz partikolari qieæed jiíi studjat biex isir aktar professjonali u jinæata fejn verament ikun hemm bzonn. Hemm ukoll is-servizz tal-Meals on Wheels u s-servizz tat-Telecare.
Is-Segretarju Parlamentari spjega kif l-Isptar Zammit Clapp kien qed jiíi uúat óazin u qal li kaúi ta'respite qed jiíu rreferuti fl-Imtarfa Home kif ukoll fir-Residenza San Vincenz de Paule. Qal ukoll li huwa kuntent óafna bis-servizz li jinæata fid-djar ta' l-anzjani u fir-residenza, iúda hemm búonn li wieóed dejjem jaóseb æal quddiem. Jeótieg li dejjem ikun hemm post terzjarju fejn tista' tirreferi xi anzjani li veru jkollhom búonn il-kura, bóal ma huwa l-Isptar Zammit Clapp, biex b'hekk ma jkunx hemm blocking ta' sodod oóra fl-Isptar St. Lukes.
Dr. Louis Buhagiar ghalaq l-intervent tieghu billi rringrazzja lil kull min kien preúenti æall-æajnuna li joffri fis-socjeta'.
Il-Maííur Maurice Agius qal li s-servizzi li joffru l-MMDNA jinæataw l-aktar lill-anzjani, fejn il-persentaíí huwa ta' madwar 83%. Qal ukoll li fil-preúent hemm staff ta' madwar 67 persuni, 47 minnhom nurses full-time, li kuljum, jaraw madwar 1060 pazjent minn Malta kollha. Il-Gvern jiffinanzja 95% filwaqt li l-5% l-ohra jitóallsu mill-fondi ta' l-assoðjazzjoni. Kulóadd jista' juúa dan is-servizz li huwa minæajr hlas.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911