Left arrow Go Back

Fuljetti informattivi dwar ic-Cistite ipprezentati lill-Ministru Michael Farrugia

PR0368
Date Icon 27/02/1998

"Ser isiru studji serji dwar is-sahha tal-mara, sabiex inkunu nistghu naghtu servizz ahjar lic-cittadini Maltin u Ghawdxin." Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia waqt li gew imnedija fuljetti ta' informazzjoni bil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliza dwar ic-'Cistite'.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li jrid li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha jkollu ko-ordinazzjoni ma' NGOs li lesti joffru lill-pazjent aktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghu, dwar il-kura u l-aktar importanti, dwar il-prevenzjoni.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li ser ikun hemm fuljetti immirati lejn it-tobba sabiex ikun hemm "stream lining" b'informazzjoni u l-kura li tinghata lill-pazjent. Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li qed isir studju dwar il-mard li huwa komuni aktar fost in-nisa, sabiex jigu offruti servizzi godda ghas-sahha tal-mara. Huwa qal li hemm mard li hu partikolari fuq in-nisa.

Il-Ministru habbar ukoll li minn Jum il-Mara, it-8 ta' Marzu 1998 sas-7 ta' April, li jahbat Jum Dinji tas-Sahha, ser ikun hemm programm estensiv dwar is-sahha tal-mara. Dan ser jsir flimkien mas-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa.

Waqt il-konferenza tal-lum kienet prezenti wkoll is-Sinjura Helena Dalli li spjegat kif is-Segretarjat jahdem mad-Dipartiment tas-Sahha kif wkoll ma' NGOs sabiex jinghata taghrif kemm generali kif ukoll specjalizzat lin-nisa Maltin u Ghawdxin.

Hija qalet ukoll li qieghed isir studju mad-Dipartiment tas-Sahha rigward is-sahha tal-mara u ser isir programm ta' awareness ukoll min-naha tas-Segretarjat rigward il-harsien ta' mard fin-nisa.

Il-Ministru Michael Farrugia kif ukoll is-Segretarja Parlamentari Helena Dalli irringrazzjaw lis-Soroptomist International ta' l-inizjattiva taghhom filwaqt li tawhom hajr, ghaliex il-fuljett dwar ic-'cistite' mhux l-ewwel wiehed li nidiet din l-Ghaqda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow